Il-Malti Ilsien Mħallat Bosta drabi nifhmu xi ħaġa (fenomenu) mhux fiha nnifisha iżda fi ħwejjeġ oħra relatati magħha (fl-ambjent li tinsab fih eż: siġġu tifhem il-funzjoni tiegħu meta tlaqqgħu ma’mejda). L-ilsien Malti wkoll, biex insiru nafu dwaru b’mod iżjed sħiħ għandna bżonn inħarsu lejn l-istorja li sawritu kemm politika, kulturali, soċjali u l-bqija. 1. Liema huwa l-eqdem dokument bil-Malti li naf bih? Il-Kantilena. Dan huwa prodott artistiku li minkejja l-uniċità tiegħu xorta jagħtina minjiera ta’ tagħrif fuq ilsienna u jservi ta’ mudell għall-proċessi lingwistiċi li kellhom isegwu mal-medda tas-snin. Permezz tad-dokument nistgħu nitkellmu fuq żviluppi lingwistiċi. Dawn l-iżviluppi jistgħu ikunu: o Żviluppi tal-ħsejjes fonetika – ħsejjes fil-livell fiżiku – kif il-bniedem jagħmel il-ħsejjes lingwistiċi fonoloġija – ħsejjes fuq livell tal-lingwa partikolari o Żviluppi tal-grammatika f’relazzjoni mal-kelma (morfoloġija) o Żviluppi tal-binja tas-sentenza (sintassi) o Żvilupp fit-tifsir tal-kliem (lessiku; semantika) o Żviluppi fl-espressjoni ħajja (idjomi) L-istudjużi Wettinger u Fsadni sabu il-kitba bil-Malti medjevali f’forma ta’ poeżija (poeżiji li tant kemm hi tajba li qed isiru ħafna studji fuqha fuq livell filosofiku). Dan iddokument li jagħtina idea ta’ għanja sar magħruf bl-ewwel vers tal-poeżija ‘Xidew ilQada’ jew bħala ‘Il-Kantilena’ (tip ta’ poeżija). Il-ħallieq ta’ dan ix-xogħol huwa Pietru Caxaru. Dan ix-xogħol li jmur lura sa l-1450 ċirca (għalkemm tniżżel fuq il-karta fl-1473) u huwa miktub b’ittri Latini. Dan nistgħu ndaħħluh fil-perjodu politiku li se nsejħulu ilPerjodu Sqalli i.e. bejn il-ħakma tal-Għarab u dik tal-Kavallieri. Din il-poeżija nstabet flewwel volum tal-atti notarili ta’ Brandanu de Caxario. (il-kaligrafija hija ta’ Brandanu, allura jista’ jkun li qalha Pietru u kitibha hu) Huwa kiteb introduzzjoni bil-Latin qabel ma kiteb il-Kantilena: ‘quam lingua melitea hic subicio’ – ‘bil-lingwa Maltija qed nippreżentalkom’ X’tip ta’ Malti tuża din il-poeżija? Hija ħaġa żgħira li wieħed mhux istruwit (imħarreġ) jiddubita jekk il-kliem imħaddem f’din il-poeżija hux Malti. Dan minħabba li l-Kantilena għandha pronunzja (is-sistema fonoloġika tagħha) differenti ħafna minn tal-Malti tal-lum għaliex minn dak iż-żmien fost l-oħrajn tlifna bosta mill-ħsejjes li kien fiha din il-poeżija. Is-sistema fonoloġika għadha fi fluss ta’ bidla? Iva. Ngħidu aħna għandna varjanti ta’ tlissim minħabba l-influwenza ta’ l-Ingliż jew inkella nwessgħu l-iskop ta’ grafema (simbolu miktub) fis-sistema ortografika.
1
Eżempju: television televixin (il-grafema x takkwista żewġ valuri ta’ ħsejjes: s / ġ. Ħsejjes li jidhru fil-Kantilena iżda spiċċaw fil-lingwa Maltija tal-lum -
Il-grafema ‘kh’ jew ‘ch’ tirrappreżenta l-ħoss Għarbi خ. (ħ fil-Malti) Il-grafema ‘th’ jużaha tirrappreżenta l-ħoss Għarbi ث.
Eżempju: nichadithum – nitħaddet magħkom (niħaditikum) -
Il-grafema ‘g’ tirrappreżenta l-ħoss Għarbi غ. (qhren (ħren))
Eżempju: garca (qarqa) u imgamic (qammiegħ, fond). -
Il-grafema ‘h’ tirrappreżenta l-ħoss Għarbi ع. (għajn)
Eżempju: homorcom (għomorkom), mehandihe (m’għandhiex) u mihallimin (limgħallmin). Minn dak iż-żmien ‘l hawn inbidlet ukoll il-vokaliżazzjoni tal-kliem -
Tiragin – turġien (mexa l-aċċent) Mirammiti – imrammti (imramma għall-ħitan tas-sejjieħ) Zimen – żmien Miken – mkien (nowhere) Bidla mill-vokali a > e > i li jissejjaħ imaala.
Minn dak iż-żmien ‘l hawn tlifna xi kliem -
Tlifna wkoll xi kliem eżempju minzeli li tfisser dari li mhi mniżżla fl-ebda dizzjunarju. Tlifna wkoll cada li tfisser sfortuna. Barra minn dan insibu kelma li ġarrbet kemm tibdil fonoloġika kif ukoll tibdil morfoloġiku: liradi li hija l-plural qadim (li jixbah lill-Għarbi) ta’ art li qabel kienet ard. L-aħħar grafema f’din il-kelma nbidlet minn ‘d’ għall-‘t’ minħabba regoli fonoloġiċi. Dan jissejjaħ devoicing/tniffis.
Tniffis/ devoicing Fir-repertorju tal-ħsejjes dawn huma maqsuma fi tnejn: -
Imleħħna (voiced) – b, d, g, v, ż Imniffsa (unvoiced) – p, t, k, f, s
Meta ħoss imleħħen ikun fl-aħħar tal-kelma, il-ħoss jinbidel f’wieħed imniffes. (ħobż – ħobs). Brincat (p.391 f’Maltese and other languages) jitkellem dwar ix-xogħol ta’ Kaye u Rosenhouse li jismu Arabic Dialects and Maltese (1997) fejn juru li l-uniku varjetà li tagħmel tniffis tal-plożivi (il-ħsejjes lingwistiċi li meta tlissinhom qisek qed tagħmel
2
splużjoni) b, d, g fi tmiem ta’ kelma hija l-Malti. Eżempjju l-kelma qalb hija pronunzjata kalb fl-Għarbi imma fl-Malti hiija ppronunzjatha ‘alp. Użanza oħra morfoloġika hija marbuta mas-sistema tan-negattiv bħalma naraw filkelma mehandihe le saret bil-forma m’għandhiex (fossiliżżata – issib kelma f’dik ilforma biss) Għalkemm ftit huwa l-kliem użat f’din il-poeżija li m’għadniex nużaw, xorta huwa probabbli li ħafna kliem minn dak iż-żmien ‘l hawn intilef. Il-kliem użat fiha huwa ta nisel Semitiku bl-eċċezzjoni tal-kelmiet Latini vintura (fortuna) u l-kelma et (u) għalkemm Corriente u Vincente reġgħu taw raġun lil Cassola li tale aktarx hija adstrat (żieda fuq livell; terminoloġija li tipresuponi l-kuntatt) missellef mill-Latin talis bittifsira ta’ ‘such’. Dan mhux kif kienu qalu Wettinger u Fsadni li l-kelma tale ġejja minn tala hawn bit-tifsira ‘ejja ‘l hawn’. Fiha wkoll kliem ieħor b’tifsir li ħoloq dibattiti fost l-istudjużi eżempju l-kelmiet xideu, tamarra u jeutih (semantikament ma jaqblux mat-tifsira) Nistgħu wkoll ninnutaw il-preżenza ta’ dak li l-professur Cassola sejjaħlu kalk (traduzzjoni mis-self ta’ frażi barranija li żżomm il-mudell litterali tagħha) sintattiku u semantiku. Insibu l-vers: ‘min ibidill il miken / ibidil il vintura’. Bl-ekwivalenti fl-Isqalli ‘cui muta locu / muta vintura’. (Sintattikament ikkupjata b’mod litterali. Nassumu li lforma Siċiljana tinfluwenza dik Maltija. Filwqat li semantikament insibu l-istess tifsira.) Dan huwa eżempju ċar tal-iżviluppi lingwistiċi li jimxu id f’id ma’ dawk storiċi u kulturali. Hawnhekk qed naraw l-influwenza romanza f’dan il-qawl li jsir parti millidjoma. It-tradizzjoni tat-taħdit żgur hija ħafna itwal minn hekk u probabbli setgħet eżistiet kitba oħra bil-Malti għaliex minkejja l-inkonsistenzi fil-kitba tagħha, inqisuha kitba tajba ħafna. Eżempji ta’ inkonsistenzi: 1. Ibidill u ibidil 2. L-użu tal-grafema ‘h’ b’żewġ funzjonijiet fonoloġiċi fil-kelmiet homorcom flGħarbi b’dan is-simbolu ( عgħ) u Hakim fl-Għarbi( حħ). 3. L-użu ta’ żewġ grafema differenti ‘c’ u ‘k’ għall-istess funzjoni fonoloġika filkelmiet homorcom u Hakim. Żgur li dan id-dokument huwa xhieda ta’ kemm il-lingwa tinbidel. Fid-dokumenti tas-seklu 15 u 16 insibu bosta referenzi ghal-lingwa Maltija. Ġiet imsejħa: o Lingua materna o Lingua moresca o Lingua arabica
3
2. X’jikkawża t-tibdil lingwistiku? Mingħajr ma’ nidħlu f’dettal jekk hemmx raġunijiet fonoloġiċi, morfoloġiċi, semantiċi jew sintattiċi involuti fil-proċess tat-tibdil, nistgħu nidentifikaw żewġ sitwazzjonijiet u jwasslu għall-tibdil: l-iżolament u l-kuntatt L-iżolament: Nifhmu li meta lingwa tinqata’ mil-lingwa omm, eżempju ċar ta’ dan huwa l-qtugħ “multi dimensjonali” tal-Malti u mill-Għarbi. Qtugħ politiku nistgħu nassumuh meta Malta waqfet uffiċjalment il-kuntatt minn mad-dinja Għarbija fl-1090/91. Qtugħ kulturali nistgħu nissoponuh meta tkeċċew minn Malta l-Għarab (aktarx Musulmani fl-1249). Qtugħ lingwistiku li ġab fix-xejn l-influwenzi lingwistiċi setgħa seħħ meta lmoda tal-iskjavitù (aktarx Musulmani b’ilsien possibbilment Għarbi) spiċċat. Din is-sitwazzjoni mbagħad twassal għall-fenomenu li l-lingwa tinbidel fiha nnifisha bħalma żewġ annimali tal-istess speċi f’ambjent differenti jevolvu b’mod differenti. Għaldaqstant, l-Għarbi-Malti u l-Għarbi ta’ Sqallija u l-Għarbi Andalissi (ta’ Spanja), bi ħtieġa komplew jiżviluppaw mingħajr ma jinfluwenzaw lil xulxin. Fejn l-Għarbi klassiku, ħaj fil-kultura koranika ikun preżenti għandu mnejn li jservi ta’ gwida biex il-bidliet fiddjaletti Għarab li fosthom kien hemm il-Malti, ikunu xi ftit imrażżna. (diglossija – żewġ varjazzjonijiet ta’ ilsien f’soċjetà u waħda minnhom għandha aktar prestiġju) (idjosinkratiku – peculiar, differenti, diffiċli issib bħala meta mqabbla ma’ djaletti Għarab). Dan il-proċess ta’ iżolament għaddew minnu l-ilsna li ħarġu mil-Latin li kisbu awtonomija u żviluppaw fil-lingwi prinċipali bħal Taljan, Franċiż, Spanjol, Portugiż, u Rumen. Barra minn dawn insibu bosta ilsna sekondarji fosthom il-Katalan (f’Barċellona), ir-Romansh (li jintuża fix-xlokk ta’ Franza) u l-Ladino (li jintuża fitTramuntana tal-Italja). Hawn naraw li l-Latin ma baqax lingwa produttiva fis-sens li ma baqax mitkellem b’mod spontanju f’ambjent naturali u li jiġġedded u għalhekk ċeda postu għal dawn il-lingwi rumanzi, ċertament qrib ġenealoġikament tal-Latin, iżda ferm differenti fl-istess waqt. Il-Kuntatt: Għalkemm il-ħakkiema dejjem ħadmu għal-vantaġġi tagħhom bosta drabi l-Maltin gawdew minn din l-għamla ta’ simbjosi propju għaliex għal sekli sħaħ kien hawn nuqqas ta’ konflitti. Il-konvivenza ta’ żewġ kulturi spiss immanifestat ruħha f’żewġ ilsna. Andrew P. Vella fil-ktieb ‘Storja ta’ Malta’ (p. 12) dwar missirijietna u ilsienhom jgħid hekk “li għandna tagħhom huma kitbiet u flus li huma jew Puniċi jew Griegi jew Rumani. Minn hekk jidher li l-ilsien tal-kultura kien dak tal-ħakkiema, filwaqt li n-nies kienu aktarx jitkellmu bejniethom bid-djaletti tal-gżira”. Hemm għandna sitwazzjoni ta’ bilingwiżmu (termini
4
relatati – diglossija, akrolett, meżolett u bażilett). Il-kuntatt huwa fenomenu relattiv jista’ jkun żgħir u superfiċjali jew kbir u effettiv (il-Franċiż u l-Ingliż f’Malta). L-istorja ta’ dan l-ilsien hi ċertament waħda magħġuna mal-istorja tal-ħakmiet politiċi. Il-Malti sar ilsien interessanti hekk li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta studjużi barranin bissaħħa tas-sura li ħa matul iż-żmien. Il-qagħda ġeografika tal-gżira għenet biex ilħakkiema barranin jieħdu interess fiha iżda mhux il-ħakkiema kollha ħallewlna effett lingwistiku (notevoli). Għalkemm l-ilsna tal-ħakkiema u tal-poplu għexu f’ambjent ġeografiku wieħed, setgħu kellhom funzjonijiet differenti. L-istess persuna setgħet kienet tuża ilsna differenti f’oqsma differenti. Il-Malti kien għal bosta sekli ilsien mitħaddet biss (bażilett) u mħaddem prinċipalment iżda mhux unikament min-nies ta’ klassi baxxa. Joseph M. Brincat fil-ktieb ‘Il-Malti elf sena storja’ (p.227) jgħid “f’sitwazzjoni ta’ bilingwiżmu, lilsien li jaqdi il-funzjonijiet tal-komunikazzjoni ta’ kuljum. Tintuża l-iktar bħala lingwa mitkellma, spiss tkun djalett, u ftit u xejn miktuba”. L-ilsien tal-ħakkiema (akrolett) kien mitkellem u miktub min-nies ta’ klassi għolja u użat fl-amministrazzjoni u l-knisja. Joseph M. Brincat, fil-ktieb ‘Il-Malti elf sena storja’ (p.227) jgħidilna hekk: “f’sitwazzjoni ta’ bilingwiżmu, l-ilsien li jaqdi il-funzjonijiet ta’ lingwa għolja, formali u jintuża flamministrazzjoni, fil-liġi, fl-iskola u fil-kultura, l-iktar fil-kitba”. Aktarx li l-fatt li l-kotra tal-Maltin kienet ta’ klassi baxxa għen fl-iżolament lingwistiku li wassal biex il-Malti jibqa’ jintuża għal dawn is-snin kollha. Dan ma jfissirx li malmedda tas-snin il-Malti ma ġarrabx tibdil sostanzjali. L-ilsien tal-poplu huwa ħaġa ħajja u għalhekk huwa dinamiku. Naturalment waqfa politika ma tfissirx waqfa talinfluwenzi tagħha; ngħidu aħna l-influwenzi romanzi ma nistennewx li nifdu l-kultura tal-poplu hekk kif waqfgħet il-ħakma tal-Għarab, u huwa evidenti li l-influwenza Ingliża (aktar milli l-kultura) ma waqfitx mal-indipendenza. Fenomenu lingwistiku huwa dak tas-self lingwistiku. Dan is-self jista’ jinqasam f’diversi aspetti: self morfoloġiku, fonoloġiku, sintattiku, idjomatiku, u l-iżjed komuni self lessikali. Kwotazzjoni minn Gumparz turi kemm dan il-fenomenu huwa estensiv. “Most words in most modern languages would count as borrowed words”. Primarjament il-lingwisti jiddistingwu bejn self għal ħtieġa u self għal prestiġju. Talewwel nifmuh bħala dak is-self lingwistiku li aktarx ikun irid ilaħħaq mal-bidliet kulturali li jkunu qed iseħħu f’soċjetà partikolari, ibda minn dawk teknoloġiċi u spiċċa fil-prodotti jew attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum inklużi kunċetti astratti. Dan iseħħ l-iktar meta ikun hemm lakuna (vojt) lessikali li jekk timtela’ taqdi dik ir-realtà l-ġdida. Hekk ngħidu aħna l-Maltin li ħadmu l-art bl-imgħażaq (oriġini Semitika) għal sekli sħaħ adottaw kelma ġdida għall-għodda xi ftit simili li tissejjaħ zappun b’oriġini Rumanza. Għal ċertu prodott tar-raba’ li ċertament daħal wara l-ħakma Għarbija addottajna lkelma patata li hija ta’ oriġini Rumanza.
5
Self għal prestiġju jekk jista’ jinftiehem bħala bżonn, jinftiehem aħjar fid-dawl talkunċett ta’ moda ġdida, hekk ngħidu aħna nispjegaw ġara ta’ kliem b’tifsir li jirreferi għall-istess realtà fid-dinja li jkollu provenjenza (oriġini) differenti. Eżempju l-pari Semitiċi u Rumanzi bħal qorq u sandli, moxt u petnne, tomħot u tissofja, eċċ, li fissoċjolingwistika nistgħu nikkarretterizzawh bħala meżolett baxx. Il-moda spiss tintrabat m’għażla prestiġjużi, xi drabi elitista jew tal-inqas distintiva li fissoċjolingwistika norbtuha ma’ meżolett għoli. Eżempju ta’ dan nistgħu nieħduh millkitbiet ta’ Injazju Saverju Mifsud li kiteb bejn l-1739 u l-1764. Huwa ġie ikkwotat f’‘Lingwa u Lingwistika’ minn Ġorġ Farrugia (p. 282) eżempju l-kelma “illodaha” (faħħarha), “ikun iffatiga ruħu” (ikun għeja) u Charles Briffa (p. 307) jgħidilna hekk “għaliex edana l-isem irrachiudi (jiġbor) taħtu qualsiasi (kull) kburija”, “ħaduh filkarċiri” (ħabs). B’mod sempliċi wieħed jista’ iqis dan il-fenomenu (meżolett) bħala dak il-“lett” (ilsien) li jaqa’ bejn l-akrolett u l-bażilett. Hawn tinħoloq il-possibilità ta’ varjetajiet lingwistiċi li jew iqarrbu lejn naħa jew l-oħra tal-ispektrum. Bħal-“letti” l-oħra jiddeskrivu sitwazzjonijiet ta’ kreolizzazzjoni (tlaqqigħ ta’ lingwi tat-tieni, tielet, raba’ ġenerazzjoni, eċċ) diskussi wkoll fis-soċjolingwistika. Fil-fatt id-dinamiżmu lingwistiku mqanqal mill-ispontanjetà u l-ħtieġa għallkomunikazzjoni effettiva ġab bidliet sostanzjali mill-Malti ta’ żmien il-Kantilena għallMalti tal-lum. Dan nistgħu narawh f’xi silta bħal din li wara kollox ħadd ma jinnota li hija bil-Malti ta’ xi ħadd komuni mingħajr xi aġenda lingwistika moħbija: “Miniex xi dilettant kbir tal-kompjuter, iżda naf nidħol f’xi sit tal-internet u minn hemm inissel xi informazzjoni. Biex ma negħjiex naqra minn fuq l-iskrin nħobb nipprintja ħalli naqra t-test bil-kumdità” Semitiku / Rumanz / Anglosassonu / Għalqa semantika Ingliża fil-forma Rumanz
6
Il-lessiku Il-ġabriet lessikali fl-istorja L-importanza tal-lessiku f’ilsien hija tant kbira li jekk tistaqsi lil xi ħadd li qed jitgħallem lingwa mill-bidu biex jgħidlek xi ħaġa fuqha aktarx jagħtik xi nofs tużżana kelmiet minn dak l-ilsien. Mhux ta’ b’xejn li donnhom l-ewwel osservazzjonijiet dwar l-ilsien Malti kienu wkoll ta’ natura ta’ glossarji miġbura minn żewġ vjaġġaturi. Megiser, meta kien hawn Malta fl-1588 ħalla lista ta’ 121 kelma Maltija u dawn ġew ippubblikati fl-1606. It-tieni vjaġġatur kien P. Skippon li ġie Malta fl-1664, ta deskrizzjoni dettaljata ta’ Malta u ħalla warajh lista ta’ 381 kelma bil-Malti. Xogħlijiet li jistgħu jitqiesu dizzjunarji nistgħu nsemmgħu dak attribwit lil Thezan bejn 1600-1647 li kellu 3110 entraturi fis-sezzjoni tal-Malti. Wara dan niltaqgħu max-xogħol ta’ De Soldanis li nkiteb bejn 1755-1759 u dan ix-xogħol baqa’ magħruf bħala dDamma. Barra dan insibu x-xogħol attribwit lil Patri Pelaġju bejn 1842-1857 magħruf ukoll bħala l-‘Mezzo Vocabolario’. Dawn huma xogħlijiet minuri ħdejn dak ta’ Vassalli (1796) li jħaddan fih 18,000 entratura. Ta’ min jinnota li Anton Manwel Caruana (1703) irriduċa l-lessiku Malti għal 9,947 entratura billi elimina l-kliem ta’ nisel nonSemitiku. Fis-seklu 19 u 20 kien hemm bosta dizzjunarji oħrajn li jsiru sekondarji ħdejn ix-xogħol ta’ Erin Serracino Inglott (1975-1989) bil-fuq minn 30,000 entratura kif ukoll dak ta’ Joseph Aquilina (1987-1990) li jħaddan fih il-fuq minn 41,000 entratura. Statistiċi u osservazzjonijiet Aquilina (1955) fix-xogħol ippubblikat fl-1966, il-ktieb ‘Papers in Maltese Linguistics’ juri li l-lessiku missellef fil-Malti jisboq ħafna lil dak ta’ wirt Semitiku. Bosta mill-kliem misluf, non-Semitiku, jew ħa post kliem Għarbi jew żdied miegħu. Brincat studja ddizzjunarju ta’ Aquilina u jgħid li 4,451 kelma ma setgħux ikunu kklassifikati. Huwa wasal biex jibni stampa tal-lessiku f’rabta mal-etimoloġija dejjem skont it-tqassim li għamel Aquilina. (Ara Brincat pġ. 407). Dawn huma xi statistiċi mill-41,016-il entratura hemm: 1. 2. 3. 4. 5. 6. 7. 8. 9.
B’oriġini Għarbija – 13,293 kelma B’oriġini Sqallija – 1,746 kelma B’oriġini Taljana – 19,735 kelma B’oriġini ta’ djaletti Taljani oħra – 38 kelma B’oriġini Latina – 191 kelma B’oriġini Franċiża – 215 kelma B’oriġini Ingliża – 2,511 kelma Etimoloġija oħra – 269 kelma Etimoloġija mhux magħrufa – 1,527 kelma
7
10. Formazzjoni lokali – 1,491 kelma (kelma li ssawret f’dawn il-għejjer aktarx ma tkunx tinsab f’sorsi barranin.) 11. Formazzjoni mħallta – 1,425 kelma (żewġ tipi: Semitiku u Rumanz eż. Xemxata; Rumanz u Semitiku eż. Klassijiet) 12. Kliem obsolit – 657 kelma (m’għadux jintuża – intilef) 13. Kliem toponomi – 853 kelma (ismijiet ta’ postijiet, ismijiet personali u etniċi) Ibradizzjoni – meta taqbad kwalitajiet ta’ fenomenu u tlaqqahom ma’ kwalitajiet ta’ fenomenu ieħor Mill-41,016 kelma: -
Il-kliem missellef jlaħħaq mal-24,705 kelma Dak mirut mill-Għarbi – 13,293 kelma Formazzjoni lokali – 1,491 kelma Kliem b’etimoloġija mhux magħrufa – 1,527 kelma
Minkejja li l-vokabolarju Semitiku huwa meqjus bażiku nsibu wkoll vokabolarju bażiku li huwa non-Semitiku. Brincat (Maltese and other languages p. 407) jagħti dawn leżempji: arja, spalla u stonku. Il-kliem li jsir obsolit mhux marbut unikament mas-Semitiku eżempju: -
Maħras – Aquilina jagħti d-definizzjoni ta’ taxxa u ħlasijiet ta’ xi għassiesa Tarús – Aquilina jgħid li din tfisser ħin propizju (f’waqtu biex tagħmel xi ħaġa)
Mir-Rumanz u mill-Ingliż ukoll jistgħu jinqatgħu xi kliem eżempju: -
Balzruna – Aquilina jagħtiha bħala balzrona li ġejja mill-kelma Barċellona Broċċje – Aquilina misjuba f’de Soldanis, jgħid li possibbilment ġejja mill-Isqalli procia jew broscia. Bil-Malti din tfisser radda. Bifti – Aquilina jgħid li ġejja mill-Ingliż – beef tea (Bovril) Glastonbeg – Aquilina jiktibha bħala glanstonbag li ġejja mill-frażi Gladstone bag u fid-definizzjoni hija a kind of light portmanteau li tfisser a large suitcase that opens in two parts.
Informazzjoni lessikali mixxellanja -
-
It-termini ta’ nukleu familjari huma prattikament Semitiċi, eżempju: raġel, mara, bint, tifel, tifla, tarbija, omm u xebba bl-eċċezzjoni ta’ missier u ġuvni It-termini tal-familja estiża jidhru predoninantement ġejjin mir-Rumanz, eżempju: zija, ziju, barba, nanna, nannu, kuġina, kuġin, neputija, neputi, kunjata, kunjatu, bużnanna u bużnannu bl-eċċezzjoni ta’ ħatem u silf (brotherin-law) Il-kliem li jibda bil-vokali kważi kollu ġej mir-Rumanz.
8
-
Il-kliem li jibda bil-konsonanti li mhumiex fl-alfabett Għarbi huma fil-parti lkbira mir-Rumanz. Kliem li jibda b’‘għ’, ‘h’, ‘ħ’,’q’, ‘w’, ‘x’ u ‘ż’ huma prevalentement Semitiċi. Bleċċezzjoni ta’ għonnella li ġeja minn gonnella.
Brincat jara li l-2,511-il kelma mill-Ingliż huma relattivament ftit mill-1800 ’l hawn. Daħlu daqshekk ftit kliem għax fis-seklu 19 ma tantx kien hemm kuntatt mal-Ingliżi iżda dan beda l-iktar fis-seklu 20. Dejjem ikun diffiċli li tifred bejn il-kliem Ingliż li jintuża b’mod ta’ qlib tal-kodiċi (code-switching) u dak li jistħoqqlu jkun parti mid-dizzjunarju. Eżempju ‘xelta’ ġejja mir-Rumanz però sa għaxar snin ilu konna nużaw għażla iżda din ħadet spinta bil-bejgħ fuq it-televixin. Kliem bħal ‘irrealizza’ jew ‘irrealizzazzjoni’ u ‘evalwat’ jew ‘evalwazzjoni’, Brincat jikkunsidrhom b’etimoloġija Ingliża iżda Siċiljanizzati. Il-Malti ma setax jippronunzja kliem Ingliż b’dak l-aċċent allura irrikorra għal forma siċljana li kienet diġà użata (izzi) u applikaha. Skont Brincat (Maltese and other languages p. 410), il-lessiku Rumanz jista’ jinqasam fi 13,420 nomi, 3,898 aġġettiv, 2,290 verbi u 597 avverbju. Barra minn dan il-verżjoni tad-dizzjunarju mqassar ta’ Aquilina li jismu Maltese-English Dictionary (2006), minn lessiku totali ta’ 22,649 il-lessiku Semitiku niżel għal 5,080 (22.43%) u l-lessiku nonSemitiku huwa 16,048 (70.86%) Il-Frekwenza: Il-frekwenza tal-lessiku f’kull ilsien tista’ titqassam hekk: o Kliem ta’ funzjoni – l-iżjed kliem frekwenti, ngħidu aħna l-ewwel 20 kelma (eż. U, jew, jekk). Dawn huma l-iktar kliem komuni fil-lingwa. L-ewwel 15-il kelma ġieli jlaħħqu mal-25% ta’ kull test (paragrafu, kapitlu jew ktieb) o L-ewwel mija jinkludu l-verbi l-aktar komuni u jlaħħqu mas-60% ta’ test li ma jkunx tekniku jew speċjalizzat. Fil-fatt biex wieħed jifhem 85% ta’ test irid ikun jaf 1000 kelma. o Bi 3,000 kelma, wieħed ikun jaf 97.5% ta’ kull test. Xogħol importanti li kien sar fuq il-frekwenza hu ta’ Dwardu Fenech li jismu ‘Contemporary Journalistic Maltese’, (fl-1973 ġabar il-ġurnali u fl-1978 ġew ippubblikati) fejn huwa analizza 15,000 kelma. F’dan ix-xogħol, il-kliem Semitiku kopra 72.92% tal-kliem tal-korpus, il-kliem Rumanz 22.34% u Ingliż 4.74%. Il-preporderanza (maġġoranza) tas-Semitiku ġejja mill-kliem ta’ funzjoni li jinkludi skont Brincat (p. 411) artikli, pronomi, prepożizzjonijiet u avverbju. “Derived from Arabic, though some of them show significant changes: mela, mnejn, malajr, sakemm, sabiex, ukoll, flimkien, fost, illum, inkella, liema... There is also a good number of hybrid formations: peress
9
li, kultant, sadattant, intant, għalissa... and also a few unmodified adoptions: anki, altrimenti, però, imqar.” Qasma lessikali skont l-oriġini u skont il-kategoriji lessikali tidher f’din it-tabella bilperċentwali kif murija f’Brincat (p. 412) Oriġini
Total
Nomi
Aġġettivi
Verbi
Semitiku Rumanz Ingliż
72.92% 22.34% 4.74%
11.64% 15.38% 4.36%
2.73% 3.57% 0.25%
12.15% 2.01% 0.02%
Kliem ta’ funzjoni 46.40% 1.38% 0.11%
Il-perċentwali tat-tqassim lessikali skont l-elementi differenti jiddependi fuq l-użu formali jew informali tal-lingwa u xi drabi mill-intenzjoni ta’ xi kittieb. Ngħidu aħna lktieb ‘Ineż Farruġ’ ta’ Anton Manuel Caruana, ‘Il-Ħolma Maltija’ ta’ Frans Sammut, ‘IlJiem u Lilhinn Minnu’ u ‘L-Innu Malti’ ta’ Dun Karm huma eżerċizzju letterarji li jabbundaw fl-użu Semitiku. Ix-xogħol ta’ Manuel Mifsud u Albert Borg ‘Threshold Level’ (1990), jiffoka fuq ilvokabularju minimu biex kelliem ikollu kompetenza komunikattiva – jikkonċentra fuq lista ta’ 1,585 kelma. Fiha hemm 52.81% kliem non-Semitiku. 748 Semitiku, 641 Rumanz u 196 Ingliż.
10
3. Ħarsa lejn l-istorja F’din it-taqsima twila se nippruvaw nittraċċaw il-bidu tal-lingwa Maltija. Se naraw xi fdalijiet ħallewlna l-ħakkiema ukoll dawk li ma jitfawx dawl lingwistiku dirett. Lesklużjoni hija konklusiva wkoll. Żmien il-Preistorja Xi studjużi jsostnu li dan il-perjodu jestendi mis-sena 5,200-800/725 Q.K. għal Malta. Il-Preistorja huwa strettament iż-żmien ta’ qabel ma kienet ivvintata l-kitba. Mnejn niksbu l-informazzjoni fuq dawn iż-żminijiet imbegħda? L-istudju tal-arkeoloġija li ħafna drabi juri l-ħidma tal-bniedem bikri. Għalkemm dawn is-sejbiet ma jagħtuniex informazzjoni sħiħa, din tkun indikattiva ħafna u xi drabi ċerta. Il-Preistorja Maltija tinqasam fi tlett perjodi: a. Il-Perjodu Neolitiku (5,200-4,100 Q.K.) l-arkeoloġija tixhed xebh bejn il-fuħħar/ċeramika ta’ Għar Dalam u dak ta’ Stentinello fi Sqallija (ara Lingwa u Lingwistika ta’ C. Briffa p.296/7) b. Il-Perjodu tat-Tempji (4,100-2,500 Q.K.) Perjodu ftit enigmatiku fis-sens ta’ tqabbil kulturali, għalkemm meqjus omoġenju u aktarx li ssokta fir-rabtiet ma’ Sqallija. c. Il-Perjodu tal-Bronż (2,500-725 Q.K.) Ir-riċerka turi rabtiet kulturali bejn Malta u n-naħa Egea (naħa Griega) talMediterran. Hawn possibbilment kellna tpartit lingo-kulturali (hemm żewġ lingwi allura kien hemm qagħda bilingwali) (ara C. Briffa p. 296/7) Is-sejbiet minn dawn it-tliet perjodi juru li kien hawn ċiviltà kbira. Il-lingwa mitħaddta żgur li tmur lura iktar minn dik miktuba. Għaldaqstant, ma jistax jonqos li f’Malta f’dawn iż-żminijiet l-abitanti ta’ din il-gżira tkellmu b’lingwa “sofistikata” (biex taqdi lħtiġijiet kollha komunikattiva ta’ min jużaha) Dr. Anthony Bonanno fil-ktieb tiegħu ‘Malta an Archaeological Paradise’ kotba oħrajn isostni li fl-istess skavi nstabu fdalijiet tal-aħħar żmien tal-preistorja u tal-Feniċi f’TasSilġ. X’kienet il-lingwa użata mill-abitanti ta’ din il-ħabta ma nafux fiċ-ċert, minkejja dan, J. M. Brincat jipotizza li l-abitanti pre-istoriċi ta’ Malta setgħu kienu jitħaddtu lingwa Indo-Ewropea (kwalitajiet komuni bejn lingwi Ewropej u s-Sanskritt. Dawn hemm 440 lingwa) u ferm iżjed tard setgħu kienu jitħaddtu b’ilsien Miċenew. Żmien il-Feniċi -
Preżenza ċerta ta’ ilsien Semitiku fil-gżejjer Maltin. Il-Feniċi aktarx li ġew Malta għal ħabta tas-sena 800/750 Q.K. iżda bħala poplu oriġinaw ħafna sekli qabel.
11
-
Kienu l-Griegi li rreferew għalihom bħala phonikes u aktar tard ir-Rumani sejħulhom Puniċi. L-iżjed fdal arkeoloġiku huwa dak tat-tempju ta’ Tas-Silġ f’Marsaxlokk. Barra minn hekk insibu xi oqbra u djar tal-kampanja li jitfgħu dawl fuq l-għejxien talabitanti.
L-ilsien Feniċju, il-qedem tiegħu u tal-familja Il-Feniċju huwa wieħed mill-ilsna Semitiċi (Semin). Din il-familja ta’ lingwi hija numeruża u tmur lura għal xi 2,500 Q.K.. Xi wħud jaħsbu li xi nomadi mill-Arabja Sawdija emigraw u telgħu ’l fuq lejn dak li nsejħulu ‘l-fertile crescent’ (Mesopotamja fl-Iraq). Fost l-ilsna ta’ nisel Semitiku nsibu l-Akkadi, l-Ugaritiku, l-Aramajk, l-Ebrajk, ilPuniku, il-Lhudi, l-Għarbi, l-Etjopjan u naturalment il-Malti (li huwa ilsien Semitiku mħallat ma’ elementi oħra mhux Semitiċi). Dawn huma ilsna b’ġenealoġija (minn fejn bdiet il-familja tal-lingwa) komuni. l-iżjed ħaġa li għadhom jibqgħu mfakkar għaliha l-Feniċi hija s-sistema tal-kitba fi kliem ieħor l-alfabett (Aleph beth – l-ewwel żewġ ħsejjes tal-alfabett). Bosta jsostnu li lFeniċju kien l-ewwel lingwa li kienet tuża alfabett kif nifmuh illum, jiġifieri li kull sinjal huwa marbut ma’ ħoss. Minkejja dan, hemm min jgħid li kienu xi nomadi mid-deżert tas-Sinaj li ivvintaw din is-sistema. Iżda fil-każ tal-Feniċju kull ħoss kien ukoll tifsira. Eżempju: o
- aleph – gendus
o
- beth – dar
o
- mem – ilma
o
- resh – ras
Din il-lingwa kienet tinkiteb bil-konsonanti biss kif għadu jinkiteb l-Għarbi. Kienu lGriegi li introdċew il-vokali meta ħadu l-alfabett tal-Feniċi u adattawh għalihom. (Dan għaliex dawn huma sistemi morfoloġiċi differenti). Bis-sistema tal-Feniċju, il-kitba saret demokratika (seta’ jlaħħaq magħha kulħadd) u xterdet mal-Mediterran.
12
Żmien il-Kartaġiniżi (Puniċi) Filwaqt li xi studjużi wrew l-inċertezza ta’ jekk il-Feniċi użawx lil Malta bħala port jew jekk għamluhiex kolonja, dwar il-Kartaġiniżi nitkellmu biċ-ċert li għamlu kolonja Punika (ċaqliq demografika). Malta għaddiet għal taħt l-amministrazzjoni Punika għal ħabta tas-sena 700 Q.K. Il-Kartaġiniżi kienu Feniċi li stazzjonaw ruħhom fil-belt ta’ Kartaġni u ħadu isimhom minn din il-belt. Minkejja dan, xorta kienu nies Semiti b’ilsien Semitiku. Aktarx li kienu r-Rumani li bdew isejjħu lil dawn in-nies Puniċi. Ma jistax jonqos li dawn in-nies il-ġodda li kienu nqatgħu mill-belt omm u mil-lingwa omm ikollhom kultura li tinbidel minħabba t-taħlit man-nies tal-post fit-tramuntana tal-Afrika. Xi differenzi kulturali huma s-sistema tad-dfin u s-sengħa tal-fuħħar minn barra kif wieħed jistenna differenzi lingwistiċi. Naturalment, l-iżjed fdal relevanti għalina huwa dak lingwistiku. Brincat (p.14-15) jgħid “The earliest inscriptions found in Malta belongs to around 700 B.C. It is written in Phoenician...” “Maria Grazzia Gunzo Amadusi (1967) describes 37 description in Punic and 19 in neo-Punic, the earliest being the Cippus commemorating an offering B’Al Hammon apparently written around 700 B.C.” Fost il-fdal lingwistiku li għandna f’forma ta’ iskrizzjonijiet, l-iktar importanti huwa ċĊippus. Dawn il-kandilabri li kienu saru bi skop ta’ wegħda hemm minxuqa fuqhom iskrizzjonijiet bil-Grieg u l-Puniku. Andrew P. Vella, jara li l-Grieg kien diġà jintuża mill-Kartaġiniżi bħala lingwa uffiċjali (akrolett) u dan setgħa għen biex il-Puniku jitlef l-importanza tiegħu. Brincat iżid fuq Vella li l-Grieg u l-Puniku bdew jgħixu f’simbjosi kulturali. Nistgħu ngħidu li l-Malti ġej mill-Puniku? Din l-idea li l-Malti ħareġ mill-Puniku kienet sabet xorti fost xi studjużi sat-tletinijiet tas-seklu għoxrin . ir-raġuni għal dan it-tnikkir nistgħu ngħidu li kienet politika reliġjuża ukoll jekk fil-bidu l-istudjużi kienu telqu minn osservazzjonijiet lingwistiċi. Il-Kanonku G. P. F. Aguis de Soldanis kien tal-fehma li l-Malti ġej mill-Feniċju. Dan ħalla kitbiet ‘Della lingua Punica presentamente usata dai maltesi’ (Ruma 1780) kif ukoll bil-ktieb li baqa’ jissemma bħala ‘Id-Damma’. Warajh żviluppa l-idea Mikiel Anton Vassalli fil-ktieb tiegħu ’Myslen Phoenico-Punicum sive grammatic Melitensis’ (Ruma 1791). Pietru Pawl Saydon ukoll għall-bidu kellu din l-idea iżda mbagħad warrabha u żamm it-teżi li l-Malti ġej mill-Għarbi kif wara kollox kien għamel qablu Vassalli.
13
Żmien ir-Rumani Il-Ħakma Il-Kartaġiniżi ma baqgħux eġemonija b’interessi primarji ekonomiċi. Issa kienu saru qawwa militari b’saħħitha tant li Ruma kellha għadma iebsa biex tikseb is-supremezija. Il-Perjodu Ruman għal Malta jibda fis-sena 218 Q.K. Lil Malta ħaduha fil-bidu tat-tieni gwerra Punika (fit-tielet gwerra Punika, Kartaġni sfat meqruda għal kollox). Ir-Rumani mmexxijin mill-Konstu Titu, invadew lil dawn il-gżejjer mingħajr ma sabu reżistenza. Ilkittieb Ruman Livy huwa kkwotat juża t-terminu ‘traditu’. Minn hawn jingħad li rRumani ħadu xi ilsiera. Dan il-fatt jista’ ikun importanti għal raġunijiet demografiċi. Xi lingwisti jassoġġaw bidla fil-popolazzjoni ma’ possibilità ta’ bidla lingwistika. Kien hemm distakk bejn ir-Rumani u l-abitanti Kartaġiniżi? Dan jista’ jinftiehem bġala eżempju ta’ kuntatt relattiv. Hawnhekk għandna l-ewwel sitwazzjoni tal-ħakkiema u l-maħkuma. Għalkemm ir-Rumani ġabu stakkamenti ta’ suldati jgħixu hawn Malta, l-istoriku Said-Zammit jgħidilna hekk dwar dawn il-gżejjer: “Kulturalment, dawn baqgħu taħt l-influwenza kulturali tad-dinja Punika għal madwar tliet sekli oħra.” Hemm għadd ta’ kittieba Rumani li jirreferu għal dawn il-gżejjer fosthom Naevius, Ċiċeru u Stabo li barra li qalulna li l-abitanti Maltin kienu Puniċi, jgħidu ukoll li kellhom gvern jixbah lil dak ta’ bliet Griegi. Kittieb ieħor jismu Deodorus Siculus, fl-ewwel seklu Q.K. jgħid li l-Maltin kienu Puniċi. Tant ma kienx hawn konflitt bejn ir-Rumani u l-Puniċi li r-Rumani għamlu lil abitanti ċittadini ta’ Ruma. Evidenza oħra li l-Maltin kienu aktarx Puniċi ġejja minn San Luqa. Huwa jiddeskrivi wkoll lil Maltin bħala ‘barbaroi’ iġifieri nies li m’għandhomx għarfien tal-Latin u talGrieg. Jista’ jkun iżda li kien qed jirreferi għal massa għaliex il-klassi l-għolja aktarx li kienet taf il-Grieg ukoll. Xi lingwisti jsostnu wkoll li setgħa kien hawn xi użu ta’ Latin vulgari. Id-dibattitu lingwistiku – Ilsien Rumanz jew ilsien Semitiku? l-istudjuż P.P. Saydon jgħid li l-Latin ħalla influwenza fuq il-Malti fit-toponomija (flismijiet tal-postijiet). Fost l-eżempji li jagħti, nsibu l-kelma Pwales li ġejja mill-kelma Palus li bl-Ingliż tfisser swamps jew art mistagħdra. Jagħti wkoll il-kelma qala li jidderivaha mill-kelma cala li tfisser port għalkemm Brincat jagħti din il-kelma bħala skala. Xi iskrizzjonijiet importanti Ta’ żmien ir-Rumani għandna bosta iskrizzjonijiet. L-iżjed interessanti għalina huma dawk ta’ natura bilingwali. Minn dan, ma’ Charles Briffa u lingwisti oħra nistgħu nikkonkludu li l-Grieg kien il-lingwa tal-kultura, l-Latin kienet il-lingwa talamministrazzjoni u l-Puniku aktarx li kien il-lingwa tal-poplu. Li kellna niggruppaw
14
fehmiet differenti fuq is-suġġett nistgħu ngħidu li xi lingwisti bħal Nöldeke, Micallef u Saydon jimbuttaw l-idea li fl-era tar-Rumani l-abitanti kienu jitħaddtu xi forma ta’ Latin baxx u mill-banda l-oħra lingwisti bħal Aquilina, Wettinger u Mifsud jisħqu li kien mitkellem xi forma ta’ Puniku aħħari. Brincat (f’tabella 3 pġ. 35) jiddubita li l-Malti jista’ jkun fih sostratt Latin bis-sinjal nil? Il-Biżantini Fatti storiċi Minħabba konflitti interni l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn. Dak tal-Punent (Ruma) u dak tal-Lvant (Biżanzju). L-Imperu tal-Lvant sar magħruf ukoll bħala Kostantinopli f’ġieħ l-Imperatur Kostantinu. Mal-waqa’ ta’ Ruma, i.e. f’nofs is-seklu 5, il-Mediterran u lEwropa ngħidu li daħlu f’dalma storika. Kien f’din il-ħabta li Malta għaddiet taħt ittmexxija ta’ Biżanzju. L-Imperu tal-Lvant aċċetta l-Kristjaneżmu bil-miftuħ. Rabtiet lingwistiċi Il-Biżantini kellhom kuntatt ma’ nsara ta’ nisel Semitiku. F’Malta għandna fdal lingwistiku reliġjuż ta’ nisel Grieg. Eżempju: -
Lapsi li ġejja minn Analepsis li tfisser it-tlugħ ta’ Kristu fis-sema. Liti bit-tifsira ta’ purċissjoni. Miru bit-tifsira ta griżma. Koċċa bit-tifsira ta’ ħobż ħelu.
Barra minn dan, hemm min jara li kunjomijiet bħal Cachia, Callus u Cumbo fost loħrajn, kif ukoll xi toponomi bħal Kirkop li Wettinger jgħid li ġejja minn percopu, Ilkelma Inċita Wettinger jgħid li ġejja minn Nikita. Dawn setgħu daħlu mill-Grieg tal-Era Biżantina, kif ukoll mill-Era Normanna jew wara. (Qegħdin naqbżu l-Era Għarbija f’Malta fejn insibu l-element Għarbi tal-Malti. Dawn il-kliem mill-Grieg setgħu kienu sostratt, ġew qabel żmien l-Għarab u tħalltu mal-Għarbi ta’ wara jew setgħu ġew wara l-Għarab u allura huma adstrat u mbagħad dawn tħalltu mal-Malti wara li daħal lGħarbi.) Mill-kuntatt li kellhom il-Biżantini ma’ nies Semiti, xi studjużi ħasbu li fil-Malti akwistajna dan il-vokabolarju reliġjuż. Eżempju magħmudija, quddiesa, knisja, qrar, tqarbin, sawm, ġenna, tewba (penitenza), eċċ. X’garanzija għandna li dan il-kliem ma daħalx fi żmien l-Għarab la darba huwa Semitiku? Aktarx li ma ġabuhx l-Għarab li kienu diġà Misilmim (Musulmani). Andrew P. Vella (p. 57 jagħti x’jifhem li dan huwa fdal Semitiku ta’ qabel il-ħakkiema Għarbija minħabba kuntatti maroniti (ara ritratti). Charles Dalli, f’Malta the Medieval Millennium (p. 36) jgħid “The whole episode reveals Byzantine Malta’ intimate tie to the African Church”; “the islands belonged to the Ecclesia (church) Africana”.
15
Żmien l-Għarab Il-Politika: Tradizzjonalment insostnu li l-Għarab ġew Malta madwar is-sena 870 W.K. Hekk ukoll jgħid l-istoriku Charles Dalli. Huma oriġinaw mill-Arabja Sawdija. Wara li kien fundat lIżlam mill-profeta Mohammed fis-sena 622 W.K. mill-Arabja Sawdija seħħet l-akbar espansjoni tagħhom li testendi mill-Afganistan sa Spanja. Meta ġew Malta diġà kellhom imperu kbir magħmul mis-sejf u d-din (espansjoni militarja u reliġjuża li huma misjuba fl-istess post). Għaldaqstant, nistgħu ngħidu li l-Mediterran nistgħu naqsmuh f’żewġ blokkok, ta’ fuq Kristjan u t’isfel Iżlamiku, b’xi punti ta’ Ibradizzjoni politika, kulturali, reliġjuża, soċjali u lingwistika, eċċ. Il-Kultura: L-Għarab għal żmienhom kienu nies avvanzati ħafna fil-mediċina, fl-astronomija, flgħarfien ta’ testi filosofiċi Griegi, kif ukoll fil-matematika li għadna narawh sal-lum eżempju: -
Il-kelma ‘algebra’ ġejja mill-kelma Għarbija alġebr Il-kelma algorittmi għandha etimoloġija Għarbija In-numri li aħna nużaw huma Għarab Qabel l-Għarab ma kellniex id-deċimali iżda l-Għarab ivvintawhom.
L-Għarab li ġew Malta nsejħulhom Agrabiti (Għarab tal-Afrika ta’ Fuq). Aktarx li mhux minnu li l-Għarab f’Malta kienu kefrin minkejja li sakemm jaħkmu post kienu tassew ħorox mal-għedewwa tagħhom. Dan nistgħu nissoponuh minn kif ġabu ruħhom lGħarab f’postijiet oħra bħal Spanja u Sqallija fejn irnexxielhom jitħalltu Kulturalment man-nies tal-post ngħidu aħna nsibu l-istil arkitettoniku Arabesk fi Spanja kif ukoll mużika tipikament Sqallija li tixbaħ ħafna dik Għarbija. Il-lingwista Ġermaniż Kontzi jgħid li kien hemm fużjoni kbira bejn l-Ispanjol u l-Għarbi fi Spanja u fi Sqallija nafu li l-Għarbi baqa’ jintuża’ għal ħafna snin wara r-rikonkwista ta’ Sqallija millEwropej. Fdalijiet Arkeoloġiċi: Minkejja li f’imkejjen oħra ta’ fejn kienu l-Għarab nibtet armonija f’Malta ma tantx għandna fdalijiet storiċi ta’ żmien l-Għarab. Għandna xi ċimiterji fl-inħawi tar-Rabat, ilwirt tal-Imdina mċekkna li jgħidu kienu ċekknuha l-Għarab għax qabel kienet ikbar. Bħala strutturi arkitettoniċi xi kotba jsemmulna: -
Siqifah – arkata għal ponta Miġlis – kamra fejn tilqa’ n-nies Muxrabija/muxrafija Dikkiena/dukkien – bank tal-ġebel
16
-
Għorfa – maż-żmien ċekknet it-tifsira tagħha, kamra ħaditilha postha u din saret tfisser kamra f’għalqa Bejt – bidlet it-tifsira – qabel kienet tfisser dar, issa nużawha flespressjoni fuq il-bejt.
Id-demografija u t-toponomija huma rifless tal-ilsien: B’mod preliminarju nistgħu nintebħu bil-wirt lingwistiku Għarbi mill-onomastika li tinkludi fiha kemm studju tal-oriġini tat-toponomija kif ukoll l-istudju tal-oriġini talkunjomijiet. Wettinger, fil-kitba ‘The Militia List of 1419-1420’ (listi tad-dejma) jagħti lista ta’ madwar 500 ruħ li turi l-kunjom minbarra l-isem. F’din il-lista hemm ukoll lirħula mnejn ikunu ġejjin. Cardona jgħidilna li l-moda tal-kunjomijiet aktar li ma bdietx qabel is-sena 1000. Huwa jsostni li aktarx kunjomijiet bħal De Giovanni u Degiorgio kif ukoll Catania u Cremona (li huma ta’ etimoloġija Rumanza) fost l-oħrajn bdew jintużaw Malta qabel kunjomijiet semitiċi (oriġinarjament laqmijiet bħal Psaila u Theuma). Postijiet: Ismijiet ta’ postijiet ta’ nisel Għarbi għandna ħafna. Eżempju: Marsa, Żejtun, Iż-żebbuġ, Ħaż Żebbuġ, Naxxar, Ħaż Żabbar, Mdina, Rabat, Wied il-Għajn, Ħal Safi, Iż-Żurrieq, LGħarb, L-Għasri, Ix-Xagħra, Ix-Xgħajra, Għajnsielem, Imtarfa, Munxar, Xemxija u Ħamrun (jista’ jkun li dan l-isem huwa tip ta’ ibridazzjoni) Wieħed jista’ jsemmi fost l-oħrajn ma’: a) It-topografija (l-istudju tal-forma tal-art; l-għamla u l-karatteristiċi tal-art). Dawn huma postijiet li l-ismijiet tagħhom jikxef xi ħaġa dwar l-art eżempju: - Għajn Riħana - Ġnien il-Qadim - Wied il-Għajn - Il-Menqa tal-Marsa - Birżebbuġa - Burmarrad b) Dawk li fihom jikxef xi element grammatikali. - Fl-isem Bir id-Deheb għandna l-element grammatikali tal-istat kostrutt. - Il-kelma Mrieħel, hija l-plural tan-nom mimmat merħla bl-għerq r-ħ-l. - Il-kelma Xgħajra għandha l-forma tad-diminuttiv. - Fl-isem Misraħ Żgħir għandna frażi aġġettivali. - Fl-isem tal-post Tal-Wileġ naraw frażi prepożizzjonali. Kunjomijiet: Għandna ħafna kunjomijiet ta’ nisel Għarbi fosthom: -
Mifsud – mħassar Abela (hemm min jirreferi għalih bħala Lhudi)
-
17
Said – ferħan, kuntent Cassar – kastell Sammut
-
Farrugia Borġ – torri Xuereb – mustaċċi Saliba Zammit
-
Zerafa – ġiraffa Zahra – fjuri Theuma Psaila Micallef – verżjoni ta’ mħallef
Il-kunjomijiet li jibdew b’Bu – Bu hija fdal ta’ ‘Abu’ li tfisser missier, metafora ta’ kap jew xi ħadd li għandu kwalità li tispikka fih. Dan narawh f’kunjomijiet bħal: -
Buhagiar Buttiġieġ – kap ta’ tiġieġ Busuttil – il-Bu ta’ sittin – skont Wettinger dan il-kunjom ifisser kap ta’ sittin li hija marbuta ma’ tużżana (grupp), mod kif torganizza.
18
L-ilsien L-ipoteżi tal-qtugħ demografiku: Brincat jitkellem fit-tul dwar ċertu kittieb ‘Al Himyari’ li jgħid li sal-1048 Malta ma kinitx abitata. Huwa kiteb fl-1461. Kemm huwa minnu dan? Huwa possibbli li ma kienx hawn ħakma uffiċjali, iżda diffiċli li naċċettaw li f’Malta ma kien hawn ħadd qabel ma ġew lGħarab f’din id-data (1048). Charles Dalli dwar l-ipoteżi ta’ “gżejjer inabitati” ta’ Al Himyari juża l-kelmiet possibbli għalkemm improbabbli; “it is indeed possible, though improbable, that the Maltese Islands remained uninhabited for some time after 870” (p. 57). Xeħta tal-ilsien li qabad u fforma l-istrat ewlieni tal-ilsien Malti: L-Għarab damu hawn Malta b’mod mhux uffiċjali sal-1249 meta l-Musulmani tkeċċew minn Malta definittivament. L-iżjed fdal b’saħħtu li baqalna ta’ żmien l-Għarab huwa lilsien Malti. Ġew meta ġew l-Għarab, fl-870 jew fl-1048, nistgħu nagħmlu din losservazzjoni dwar il-lingwa, kif il-lingwa Għarbija fi żmien hekk qasir tidħol fil-gżejjer tagħna b’mod daqshekk qawwi. L-ipoteżi tat-tnikkira tal-Puniku: Jekk wieħed iżomm it-teżi tal-kontinwità demografika jista’ jipotizza li l-Puniku seta’ baqa’ mitħaddet saż-żmien l-Għarab. Xi lingwisti josservaw li l-Puniku baqa’ jinkiteb u mitħaddet f’Sardinja tas-seklu 7 W.K. L-abitanti tal-gżira li aktarx kienu ftit b’lingwa diġà semitika probabbilment ma rreżistewx l-influwenza l-ġdida. Għaldaqstant, ilPuniku ta’ Malta seta’ ġie Arabizzat. Il-Puniku u l-Għarbi, it-tnejn jużaw trikonsonantaliżmu u t-tnejn iżżewġu l-għerq tal-forma. Dan l-assorbiment seta’ seħħ minħabba l-prinċipju tas-self għal ħtieġa u għal prestiġju. Minn banda kien hemm lingwa li kienet fl-agunija u mill-oħra ilsien ta’ imperu li kulma jmur kien qed jissaħħaħ. Mhux impossibbli li l-abitanti neżgħu l-qadim u xiddew il-ġdid ukoll jekk dan ma jkunx sar f’ġenerazzjoni waħda. (lingwa li qiegħda tmut integrata ma’ lingwa superjuri u b’saħħitha). X’tip ta’ Għarbi wasal għandna? Bosta lingwisti jxebbħu l-Malti ma’ għadd ta’ varjetajiet ta’ Għarbi. Mhux dejjem jippronunzjaw ruħhom billi jgħidu “l-Malti tnissel minn ...”, iżda juru s-somiljanzi tiegħu ma’ ċerti varjetajiet. Brincat jara xebh kbir mal-Għarbi ta’ Sqallija. Lingwisti oħra fosthom Kontzi, jorbtu l-Malta mal-varjetajiet Magrebini, b’mod speċifiku t-Tuneżin. Oħrajn jaraw tqabbil mal-Isfaksi (Sfaks – post fit-Tuneżija), l-Għarbi-Andalusi u lGħarbi-Aragoniż. Bosta jsibu fil-Malti kwalitajiet tal-Għarbi-Levantin. Andrew P. Vella jgħidilna li l-Għarab-Sqallin u l-Għarab-Maltin bdew jinfattmu millkumplament tad-dinja Għarbija u meta fi Sqallija f’Mazzara nqala’ l-inkwiet, l-Għarab-
19
Maltin issoktaw jitbiegħdu minn dawk Sqallin u daħlu f’dak li nistgħu nsejħulu iżolament lingwistiku Għarbi. It-tagħlim tal-Għarbi: Matul iż-żmien saru diversi sforzi biex ikun mgħallem l-Għarbi f’dawn il-gżejjer. Lewwel sforz kien sar mar-ritorn tal-Ġiżwiti f’Malta fl-1639. Ir-raġuni kienet għat-tixrid tal-fidi Kristjana fost l-Għarab f’Malta. Din kienet motivazzjoni evanġelika. Dan għamluh biex ikollhom missjunarji Ewropej li jmorru jxandru fit-tramuntana tal-Afrika l-Kristjaneżmu. Ġew Malta l-iktar għar-raġuni li l-Malti kien qrib ħafna tal-Għarbi speċjalment dak iż-żmien. It-tieni sforz sar minn Mikiel Anton Vassalli, li kien sab appoġġ minn Hookham Frere. Vassalli ried jgħallem l-Għarbi iżda fl-istess ħin jieħu ħsieb familtu u b’hekk ried salarju t’għalliem u Hookham Frere għenu f’dan. Vassalli kien illuminista u fl-ispirtu ta’ dan lgħerf ġdid, ried jara minn fejn ġie l-ilsien Malti (motivazzjoni ta’ skular illuminista). Kellu viżjoni t’għamla ta’ identità nazzjonali li hija idea ferm qabel żmienha. Ried jibni relazzjoni ekonomika ma’ pajjiżi tan-naħa t’isfel tal-Mediterran. Fit-tagħlim tal-Għarbi f’Malta, kien qed jibni kultura li tibni relazzjoni man-naħa t’isfel tal-Mediterran. Aktar lejna, bejn is-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, sar sforz biex l-Għarbi jiddaħħal fliskejjel iżda dan ma jidhirx li ħalla wisq frott. Dan seħħ għax il-Prim Ministru ta’ dak iżżmien, Dr Dom Mintoff, kellu kuntatt kbir u tajjeb mal-Libja.
20
4. Il-Grammatika – L-element Għarbi fil-Malti L-Għerq u l-Forma Preambolu: F’sens wiesgħa, it-terminu grammatika jintuża biex ikopri r-regoli li ilsien iħaddan fillivelli kollha – f’sens dejjaq jintuża aktar għal formazzjoni tas-sentenzi (sintassi) u għallformazzjoni tal-kliem (morfoloġija). Hawn se niffukaw fuq il-morfoloġija. Il-kliem kollu għandu forma: It-trikonsonantaliżmu huwa karatteristika tal-lingwi Semitiċi. Dan ifisser li kull kelma tinbena fuq għerq ta’ tliet konsonanti minbarra xi eċċezzjonijiet bħalma huma lprepożizzjonijiet, l-partiċelli, id-determinaturi, il-pronomi (ilkoll eżempju ta’ kliem ta’ klassi magħluqa – kliem li ma tantx jiżdied vokabularju miegħu) u kliem kwadrikonsonantali. It-tiswir tal-kelma jsir billi l-għerq jitwaħħad ma’ forma. Il-forma hija vokaliżazzjoni b’żieda ta’ affissi konsonantali u vokaliċi fejn jinħtieġ f’relazzjoni mad-distribuzzjoni tal-għerq (il-vokali tal- leħen mhix parti mill-forma; dak li ħa jtina tifsir grammatikali). Affissi: Prefissi Prefissi mir-Rumanz hemm ħafna fosthom: - In- Sotto- Ark/ePrefissi mis-Semitiku hemm ħafna fosthom: -
N-, t-, j- fil-konjugazzjoni talverbi Mi- miksur T- tħammeġ
-
InterPre-
-
N- nkiser St- fl-għaxar forma tal-verbi – stqarr.
L-infissi Infissi mis-Semitiku: -
L-irduppjar tal-konsonanti (eż fit-tieni forma) – l-ittra -b- fil-kelma kabbar L-ittra -j- fil-kelma wejda L-infiss -t- fil-kelma ftaħar (tmien forma tal-verbi)
Infissi mir-Rumanz u Ingliż:
21
Ir-Rumanz u l-Ingliż ma ġabux magħhom infissi. Niftakru li dawn joperaw bi zkuk morfemiċi (b’sistema konkanettiva fejn iż-żidiet ikunu fuq quddiem u wara taz-zokk morfemiku). Mhux eskluż li jistgħu jidħlu xi infissi Semitiċi fihom eżempju kmajra. Dan huwa eżempju ta’ ibradizzjoni – proċess li juri taħlit aktar intimu minn sempliċi self lessikali. Is-suffissi Suffissi mir-Rumanz hemm ħafna fosthom: -
–ment eventwalment –abbli probabbli –ali grammatikali –anza użanza –anti interessanti –uż inkejjuż – din hija ibradizzjoni; inkejja ġejja mis-Semitiku u –uż ġejja mirRumanz
Suffissi mis-Semitiku hemm ħafna fosthom: -
–an għatxan –in ħabsin –ien ħolqien
-
–a ħawħa –ija ħamrija –ijiet portijiet (ibradizzjoni)
Ċirkumfissi Dan huwa rari f’ħafna lingwi u fil-Malti wkoll. Din hija żieda grammatikali li topera fuq quddiem u wara tal-istess kelma bl-istess funzjoni grammatikali. Eżempju ma ...-x. Din hija morfema tan-negattiv; hija użata għall-istess funzjoni grammatikali. Dan it-tiżwiġ, twaħħit, tidwib tal-għerq u l-forma nkunu qed noħolqu kliem differenti. Dan ifisser li kull kelma hi x’inhi l-kategorija lessikali tagħha, għandha forma (nomi, aġġettivi, avverbji, verbi, prepożizzjonijiet u partiċipji). Barra minn dan, dawn ilkategoriji jinqasmu f’għadd kbir ta’ subkategoriji b’forom differenti (għal għadd kbir ta’ forom li għandu l-Malti ara Aquilina ‘The Structures of Maltese’). Tajjeb niftakru li mill-mogħdija mill-Għarbi għall-Malti jkollna nżommu quddiem għajnejna d-djaletti Għarab l-oħra. Bosta forom tal-Għarbi Klassiku u Modern ma nsibuhomx fil-Malti. Dawn setgħu naqsu mid-djalett Għarbi-Malti bl-iżolament mid-dinja Għarbija, jew kienu ridotti diġà fid-djaletti Għarab li kellna kuntatt magħhom. Eżempji ta kliem Malti u l-forom tagħhom: -
Ħareġ 1v2v3 Nħareġ n1v2v3 Rqad 12v3 Ktieb 12v3
-
22
Telgħa 1v23a Dieħel 1v2v3 Kenn/żaqq 1v22 Dwejra 12vj3a
-
Bżulija 12v3ija Tkissir t1v22i3
Masġar mv12v3 Raqad 1v2v3
-
Għalkemm fil-Malti għandna xi forom identiċi għal xi verbi u nomi, ma jfissirx li flGħarbi u djaletti oħra Għarab, li dan huwa l-każ. Eżempju in-nom deheb u l-verb ħareġ għandhom l-forma 1v2v3. Il-Fonoloġija L-alfabett Għarbi mqabbel mal-Malti: Meta d-dizzjunarji etimoloġiċi Maltin jagħtu l-oriġini tal-kliem Semitiku jagħtu wkoll ilkelma miktuba bl-alfabett Għarbi. Fl-istorja tal-alfabetti Maltin, kellna madwar 40 sistema differenti fosthom dawk li inkludew grafemi Għarbin.
ħ
ġ
th
g ħ
d
d
s
j
h
d
g ħ
x
ż
q/ k
Strettament fl-alfabett Għarbi m’hemmx vokali. L’alif hija meqjusa bħala konsonanti bil-ħamża. Mingħajr il-ħamża din hija meqjusa bħala vokali. L-ewwel grupp ta’ħsejjes li tlifna huwa dak tal-konsonanti enfatiċi:
ص- saad – ضdaad – طtaa’ – ظthaa’
It-tieni grupp ta’ ħsejjes i tlifna hu dak tal-konsonanti interdentali. It-tielet grupp ta’ ħsejjes semitiċi li m’għadhomx jeżistu fil-Malti huma l-frikattivi velari u farinġali. )velari( خ غ (farinġali) ع ح Karatteristiċi tal-alfabett Għarbi
23
-
M’għandux vokali – أalif – titqies bħala konsonanti iżda ġieli tintuża bħala vokali twila. – هdin hija l-‘h’ Għarbija u kienet tinstema’ bħala ‘ħ’ ħafifa. Illum fil-Malti ftit huma dawk li jlissnuha u hemm xi ċirkostanzi fejn tinstema’ – قqaff - dan il-ħoss intilef fil Malti u tana l-ħoss q/k skont iċ-ċirkostanzi – ثthlaa’ – th – dan il-ħoss intilef fil-Malti u tana l-ħoss t. – ح خxaa’ – kh – dan il-ħoss intilef fil-Malti u tana l-ħoss ħ. – زthaal – dan il-ħoss intilef u tana l-ħoss ‘d’ – it-‘th’ tal-Ingliż. عu – غl-għajn u il-qhren – dawn il-ħsejjes intilfu fil-Malti però huma rrappreżentati fil-Malti bil-grafema ‘għ’ ‘akala – kiel (minn verb trilitteru ġie verb bilitteru) baab – bieb (seħħet imaala) ‘akhada – ħa; ħadu (id-‘d’ daqqa tidher u daqqa le) Ninnutaw li meta noħorġu kliem bħal: ħadu, insibu d- ‘d’ li oriġinarjament tinsab fil-kelma Għarbija.
Il-ħsejjes fl-iżvilupp: Kif qed naraw fl-adattament tal-alfabett Għarbi għall-Malti kien hemm għadd ta’ bidliet. Dawn il-bidliet aktarx li ma seħħewx f’daqqa iżda mal-medda tas-snin. Dokumenti bħall-Kantilena kif ukoll ix-xogħol attribwit lil Thezan (fis-seklu 17/18 – mhux ċerti mid-datazzjonijiet tiegħu) kif ukoll xi kitbiet ta’ Vassalli flimkien ma’ studju ta Ġużè Aquilina juru li xi wħud minn dawn il-ħsejjes kienu għadhom jintużaw fil-Malti u xi ħaġa żgħira minn dawn il-ħsejjes baqgħet tintuża fil-Malti djalettali sal-lum. B’kollox tlifna 11-il ħoss mill-Għarbi għall-Malti. Minkejja dan, insibu bosta dokumenti li jixhdu l-preżenza ta’ 7 ħsejjes Għarab li sal-lum inqatgħu. L-ebda kitba ma turi l-użu tal-konsonanti enfatiċi. Mill-kuntatt tal-Malti mal-ilsna Rumanzi l-Malti ngħidu akkwista 7 ħsejjes fonemiċi (ħsejjes fil-livell fonemiku kapaċi jwassal tibdil fit-tifsir talkelma) ġodda. Kitbiet li juru l-grafemi Għarab: 1) Xogħol ta’ Arnold Cassola ‘Vallicelliana’ juru l-grafemi Għarab. Huwa sab lessiku miktubin b’xi grafemi Għarab għax ma kienx hemm grafema għal dak il-ħoss dak iżżmien. Huwa għamel studju fuq id-dizzjunarju ta’ Thezan. F’dan ix-xogħol jikkwota d-diskors ta’ Gioacchino Navarro: “Eja tصaddet عommtok miعei عa شnaصseb liena جrali pصalek” Ejja tħaddet id-dwejjaq tiegħek miegħi għax naħseb li jiena ġrali bħalek Pصalek – seħħ tniffis b’assimilazzjoni rigressiva
24
2) Anon (1856) li jismu ‘Piccolo Dizionario Maltese, Italiano, Inglese’: - Maضzen – maħżen - Naقra – naqra 3) Entraturi meħudin mid-dizzjunarju ta’ Thezan: - ثenein – tnejn - ذel – dell - خija – ħija - Deش هa – dehxa - غar – għar L-Effetti tal-bidliet fonoloġiċi fuq il-morfoloġija u fuq is-Semantika dijakronika Il-konverġenza tal-għeruq: Konverġenza – minn żewġ entitajiet jew aktar immur għal waħda. Fil-Malti hemm kliem mill-Għarbi li fl-Għarbi kellhom għeruq differenti imma fil-Malti ġew bil-istess għerq minħabba xi bidliet fonoloġiċi jew fonemiċi. Minkejja dan, il-kliem m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin. -
-
-
L-għerq s-j-f huwa użat għall-kliem sejf u sajf (kellha l-konsonanti enfatika saad )ص. - L-għerq għ-l-q huwa użat għall-kliem: Għalaq – fl-Għarbi hija bil-qhren – غqasam Semantiku – għeluq, għalqa Għalaq – idea li ddendel xi ħaġa mhux tifga lil xi ħadd – fl-Għa rbi hija bl-għajn ع L-għerq x-għ-l huwa użat għall-kliem xogħol (qhren )غu xegħel (għajn )ع L-għerq għ-r-q huwa użat għall-kliem għoroq (sweated – għajn )عu għereq (sank – qhren )غ L-għerq s-m-t huwa użat għall-kelma samat li kellha żewġ għeruq differenti għal żewġ tifsiriet kompletament differenti (bis-sinn – سhe was scolded u bis-sodd – صhe was dumfounded) L-għerq ħ-ż-n huwa użat għall-kliem: Ħażen – verb – marbuta ma’ maħżen – fl-Għarbi hemm lużu tal-grafema ض Ħażen – nom – marbuta mal-aġġettiv ħażin – fl-Għarbi kienet tintuża l-grafema صli kienet tirrapreżenta l-ħoss ‘sodd’ u kienet tfisser imdejjaq imma bidlet it-tifsira għal dik li nużaw illum
Kliem bl-Għarbi u l-effetti tiegħu fuq il-Malti: Ħamża li tisparixxi jew issir ‘j’ (għandha ħoss ta’ ‘q’ fl-Għarbi)
25
-
Raدs ras (il-ħamża sparixxiet) Raدiys rajjes (il-kap – il-ħamża ġiet doppja ‘j’)
Konsonanti li tinbidel f’oħra għal raġuni fonoloġika: -
Kadaba gideb Kadama gidem Il-‘k’ inbidlet għal ‘g’ għax f’xi kliem bħal kdibt, jikdmu, eċċ, bdew jaħbtu ma’ xulxin il-‘k’ u d-‘d’ f’ħafna ċirkostanzi u b’hekk kien hemm assimilazzjoni għax waħda mlissna (k) u l-oħra mleħħna (d) u b’hekk il-moħħ Malti ried li t-tnejn li huma jkunu mleħħna b’hekk il-‘k’ ġiet ‘g’.
Bdil fl-għanqud/grupp konsonantali: -
Kidb (1v23) gdib (12v3) Ħasb (1v23) ħsib (12v3)
Dħul ta’ vokali epentetika: -
Ħabl ħabel Ġism ġisem Laħm laħam Laħn leħen Vokali epentetika – an epenthetic vowel which has no phonemic status – vokali li m’għandhiex valur fonemiku (l-iċken element lingwistiku li m’għandux tifsira imma huwa kapaċi jbiddel it-tifsira tal-kelma). Hemm biss bidla fonoloġika.
L-inflezzjoni/inflessjoni u d-derivazzjoni: Il-forom ukoll huma marbuta bħal oqsma tal-inflezzjoni u d-derivazzjoni. 1. Dawn it-tnejn iġibu bidla grammatikali. 2. Ħarsa qasira lejn il-morfoloġija turina li mhux l-affissi derivazzjonali kollha ikunu produttivi l-istess. Prattikament is-sistema derivazzjonali tas-Semitiku ngħalqet fiha nnifisha. 3. Għamla ta’ definizzjoni: a) Fl-inflezzjoni għandna affissi li ċertament iġibu bidla grammatikali eżempju: fittemp, l-aspett, il-modalità, il-persuna, l-għadd, il-ġens, il-qies u il-grad. Però dawn ma jġibux bidla fil-kategorija lessikali jew bidla semantika. Xi drabi linflezzjoni titqies bħala varjazzjoni grammatikali tal-istess kelma. Normalment l-inflezzjonijiet joperaw fuq il-bażi wara li jkunu applikati d-derivazzjonijiet. (Bidla inflessiva – eżempju minn nom għal-nom ħafna drabi jkun hemm bidla inflessiva u morfoloġika. Il-kelma mibdula tibqa’ kważi l-istess).
26
b) Id-derivazzjoni ġeneralment nifhmuha bħala proċess grammatikali li bih toħroġ kelma minn oħra. Fid-derivazzjoni nsibu affissi miżjuda ma’ element lessikali (jew ċaqliq intern fi ħdan il-forma) biex ibiddlulu t-tifsir jew il-funzjoni. Fil-fatt f’xi każi jistgħu joħolqu element lessikali ġdid bħal meta jbiddlu l-kategorija lessikali eżempju min-nom għall-verb, eċċ. F’każi oħra, iġibu bidla fit-tifsir li nqisuha bħala bidla semantika eżempju min-nom għal nom jew verb għal verb. Eżempju: Raqad raqqad (Hemm bidla morfoloġika m’hemmx bidla fil-kategorija lessikali. Il-‘q’ doppja li hija affiss qed topera fuq il-kelma diġà msawra sħiħa. Għalkemm hija fl-istess kategorija lessikali, inqisuha bħala proċess derivazzjonali u bidla semantika.) Sub-Kategoriji tal-Kategoriji Grammatikali: -
-
Għadd – singulari u plural Ġens – maskil u femminili Persuna – l-ewwel, it-tieni u t-tielet persuna Aspettwali – perfettiv u imperfettiv (dawn mhumiex l-uniċi distinzjonijiet aspettwali iżda hemm oħrajn). Tirreferi għal distinzjoni bejn il-passat, preżent u futur. Modalità - Distinzjoni bejn indikattiv u kmand Qies – dan jinqasam fi tnejn – id-diminuttiv għaċ-ċokon u l-akkrexxittiv (augmentative) għall-kobor. Is-Semitiku ma ħallilniex il-funzjoni grammatikali tal-kobor iżda fil-Malti permezz tal-kuntatt iwritna din il-funzjoni grammatikali mit-Taljan/Sqalli. Pereżempju nżidu s-suffis –un bħal fil-kelma bankun iżda din il-funzjoni bdiet tingħaqad ukoll ma’ kliem ta’ nisel Semitiku eżempju ħasslun, iklun, mixjun, nemlun. (Ibridazzjoni – bażi semitika ma’ funzjoni grammatikali Taljana)
Eżempji ta’ inflessjoniijet fil-Kategoriji Grammatikali: Inflessjoni rigward l-aspett komuni: nikteb, tikteb, jikteb, niktbu... Inflessjoni rigward il-persuna: nikteb, tikteb Inflessjoni rigward l-ġens: jikteb, tikteb Inflessjoni rigward l-aspett: nikteb, ktibt. Hemm distinzjoni bejn il-passat, preżent u futur. Din hija distinzjoni aspettwali (tradizzjonalment konna nqisuha bħala distinzjoni tradizzjonali temporali) Inflessjoni rigward il-modalità: raqad, orqod. Distinzjoni bejn indikattiv u kmand. F’xi każijiet tlifna distinzjoni morfoloġika formali: kisser u kisser. Dawn għandhom listess forma però minħabba xi aspetti għandhom definizzjoni differenti. Fil-Malti tlifna
27
d-distinzjoni morfoloġika imma xorta għandhom tifsira differenti skont il-kuntest li jkunu qed jiġu użati. Tlifna ċertu kwalitajiet mill-Għarbi li jiddistingwu bejn l-indikattiv u l-imperattiv fit-tieni forma. Distinzjoni oħra li hija mitlufa fil-livell inflettiv mill-Għarbi għall-Malti hija dik tal-vuċi attiva u passiva. Eżempju fl-Għarbi insibu l-forma attiva kataba u l-vuċi passiva kutiba. Fil-Malti iżda għandna nwasslu l-idea ta’ passiv bil-forom tal-verbi jew bil-verbi ġie/kien miżjuda mil-partiċipju passiv. Hekk naraw li fil-Malti nagħmlu kostruzzjoni sintattika minflok dik morfoloġika sabiex niddistingwu bejn vuċi passiva jew attiva. a) L-inflessi fin-nom Kategorija Grammatikali tal-Għadd -
Dudu singular Dud kollettiv Dudejn imtenni Dudiet plural magħdud (‘paucal’ plural – iktar minn 2 sa 10) Dwied plural tat-tip
Inflessjoni rigward il-ġens -
Dudu Duda
Inflessjoni differenti rigward il-qies - Dud, dudiet... - Dwejda diminuttiv b) L-inflessjoni tal-aġġettivi Inflessjoni rigward il-ġens -
Sabiħ – sabiħa
Inflessjoni rigward il-qies -
Sabiħ – sbejjaħ
Inflessjoni rigward l-għadd -
Sabiħ – sbieħ
Pożittiv, Komparattiv – paragun bejn żewġ oġġetti, Superlattiv – paragun ma’ iktar minn żewġ oġġetti -
sabiħ isbaħ l-isbaħ
28
Ma’ aġġettivi li ma jieħdux din l-inflessjoni nużaw il-mod perifrastiku (meta jkollok element li biex tasal għat-tifsira tiegħu trid tuża kliem ieħor minflok. Għandek element morfoloġiku u ħa tuża element sintattiku biex tispjegah) Aquilina fid-dizzjunarju tiegħu ma jagħtix il-komparattiv tal-aġġettiv nadif. Is-sistema perifrastika tidher ċara mal-element Rumanz (fejn l-element Semitiku qabad marRumanz juri li s-Semitiku kellu influwenza b’saħħitha u li s-Semitiku kien għadu produttiv). Eżempju iktar/l-iktar intelliġenti li xorta turi frażi ibrida. Eżempju il-kelma ferm, illum il-ġurnata ħafna jużaw is-sistema perifrastika għajr issuperlattiv u l-komparattiv u dan nistgħu narawh aktar fejn jidħol il-kliem Rumanz. Il-kelma intelliġentissimu hija bosta drabi meqjusa bħala superlattiv assolut li huwa wirt Rumanz. Xi kliem ta’ nisel Għarbi jidher diġà fil-komparattiv u s-superlattiv però l-pożittiv tiegħu ma nsibuhx jintuża bħala aġġettiv. Eżempju: -
Ħajr – nominali Aħjar – komparattiv
c) L-inflessjoni fil-partiċipju attiv Il-kliem fi ħdan din il-kategorija lessikali jista’ jiffunzjona bħala aġġettiv, nom jew verb (aktarx għalhekk jissejħu partiċipji). Kliem li jiffunzjona bħala aġġettiv/nom: Ħiemed – ħiemda (użata wkoll bħala l-plural) (ġens) Ħiemed – ħemdin (għadd) Kliem li jiffunzjona bħala nom/aġġettiv Bikkej – bikkejja (ġens) Bikkej – bikkejja (għadd) Kliem li jiffunzjona bħala verb/aġġettiv/nom Miexi – miexja (ġens) Miexi – mexjin (għadd) Inflessjoni tal-partiċipju passiv Marbut – marbuta (ġens)
29
Marbut – marbutin (għadd) Derivazzjoni tal-verbi fil-livell Semantiku Fl-ewwel forma – ĦaRaB Verb Intranżittiv/Riflessiv/Attiv (ma jieħux oġġett miegħu) Fit-tieni forma – ĦaRrab Verb Tranżittiv/Kawżattiv/Attiv Fil-ħames forma – tĦaRraB Verb Tranżittiv/Passiv Albert Borg jgħid fil-kiteb ‘Ilsienna’ “verb tal-ewwel forma li għandu valur sintattiku ta’ wieħed aktarx insibuh assoċjat ma’ verb fit-tieni u fil-ħames forma jew ma’ verb fittielet u fis-sitt forma. Barra minn hekk, verb tal-ewwel forma li għandu valur sintattiku ta’ tnejn jew ta’ tlieta aktarx insibuh assoċjat ma’ verb fis-seba’ forma. Biss din ittendenza nsibulha eċċezzjoni notevoli.” Verbi riflessivi (għamel xi ħaġa): Raqad / ħarab / qagħad Verbi inkoattivi (ġara xi ħaġa + 9 forma): Miet / bjad Verb b’valur sintattiku ta’ tlieta - Verb Ditranżittiv (Tranżittiv għal darbtejn): Fl-ewwel forma – bagħat Kawżattiv Fis-seba’ forma – ntbagħat Passiv “L-eċċezzjoni hija li għadd ta’ verbi għanhom erba’ forom” Eżempju: Fl-ewwel forma – firex Kawżattiv Fit-tieni forma – ferrex Intensittiv (kawżattiv mibni fuq kawżattiv) Fil-ħames forma – tferrex Passiv Fis-seba’ forma - nfirex Passiv/Riflessiv Hemm xi verbi li saħansitra jieħdu ħames forom. Iktar ma jkollok varjetà ta’ forom, iktar jista’ jkollok tifsiriet differenti skont il-forom differenti. Eżempju: Fl-ewwel forma – ħareġ Fit-tieni forma – ħarreġ Fil-ħames forma tħarreġ Fis-seba’ forma – inħareġ Fl-għaxar forma – stħarreġ
30
Verbi minn kategoriji oħra: -
Min-nom xemx noħroġ xemmex Min-nom/aġġettiv aħmar noħroġ ħammar Minn aġġettiv nadif noħroġ naddaf
Derivazzjoni tan-nom -
Minn verb għall-nom: ħarab – ħarba Minn nom (konkret) għall-nom (astratt): ħmar – ħmerija; xemx – xemxata (ibradizzjoni – kelma semitika + grammatika Rumanza)
Derivazzjoni tal-partiċipju -
Minn verb għall-partiċipju attiv mexa – mexxej (ukoll nom tal-aġent); mexa – miexi (b’sens verbali) Minn verb għall-partiċipju passiv ħarab – maħrub
Fil-Malti tlifna d-distinzjoni tal-partiċipju attiv tal-forom minn tnejn sal-għaxra. Il-verb tat-tieni forma Malti għallem li fl-Għarbi kellu forma kemm għall-partiċipju attiv kif ukoll għall-partiċipju passiv spiċċa b’forma waħda – m1v22v3 eżempju mgħallem (li għandu żewġ funzjonijiet – min tgħallem u sens ta’ għalliem). Partiċipju attiv ta’ għallem fl-Għarbi hu muqallim (għalliem). Partiċipju passiv ta’ għallem hu muqallam (għallem – taught). Bejn dawn it-tnejn hemm differenza morfoloġika. Dan jgħodd ukoll għall-verb tal-għaxar forma stieden li jieħu l-partiċipju mistieden (mistie2v3; l-għerq kien ’DN). Partiċipju attiv hi bit-tifsira ta’ guest, partiċipju passiv bit-tifsira ta’ invited. Derivazzjoni tal-aġġettivi -
Mill-verb għal aġġettiv: daħal dħuli Min-nom għal aġġettiv għasel għasli
Aktarx li meta niġu biex indaħħlu kelma mill-Ingliż u jkun jeħtieġ li napplikaw idderivazzjoni fuqha mhux se nirrikorru għall-morfoloġija Semitika iżda għal dik Rumanza. Il-Ġens Fil-lingwistika t-terminoloġija ġens mhix riservata unikament għad-distinzjoni bejn maskil u femminili. Hija meqjusa bħala distinzjoni ta’ tip li tinkludi fiha fost l-oħrajn bħal ovvjament maskil u femminili, kif ukoll animat u inanimat. Dwar id-distinzjoni li aħna familjari magħha (maskil/femminili) il-lingwisti jifirdu bejn ġens naturali f’relazzjoni mas-sess u ġens grammatikali li m’għandux dir-rabta. Il-Malti u l-Għarbi, dwar il-ġens naturali nistgħu ngħidu li fil-parti l-kbira jaqblu għaliex it-tnejn jiddistingwu bejn maskil u femminili. Fl-istess waqt, huma differenti minn lingwi bħal-
31
Ingliż u l-Ġermaniż għaliex dawn tal-aħħar jiddistingwu n-newtru bħala ġens grammatikali. Fil-lingwa nsibu l-ġens u fid-dinja nsibu s-sess, dawn mhux dejjem jikkorrispondu għal xulxin anzi ftit huma l-każi ta’ korrispondenza. Ngħidu aħna għal dik ir-realtà fid-dinja li fl-ilsien Malti nirreferu għaliha bħala siġġu (maskil)(li Aquilina jgħid li ġejja mis-Siċiljan siggiu), bit-Taljan sedia (femminili), bl-Ingliż chair (newtru), ngħidu li għandhom tliet ġensijiet differenti. Ġorġ Farrugia, isostni li dejjem hemm motivazzjoni moħbija dwar l-attribuzzjoni tal-ġens lil xi kunċett jew oġġett fid-dinja. Eżempju għaliex il-kelma friġġ hija femminili u l-kelma kuker hija maskil? Jista’ jkun hemm raġunijiet psikoloġiċi fl-għoti tal-ġens , ngħidu aħna assoċjazzjoni ta’ kelma ma’ ġens partikolari minħabba li xi membri fi ħdan l-istess għalqa semantika diġà jġorru ġens partikolari. Bosta studjużi, fosthom Leonard Bloomfield, huwa tal-fehma li l-ġens fil-lingwa huwa arbitrarju (hemm relazzjoni li mhix neċessarja – m’hemm xejn jorbotni ma’ maskil u femminili eżempju n-nomi kollha) u konvenzjonali (hemm qbil bħallikieku regola). Ġorġ Farrugia jitkellem dwar il-lingwista Brockelmann skont dan l-istudjuż jgħid hekk “l-oriġini tal-ġens grammatikali fl-ilsna Semitiċi m’għandux rabta mal-ġens naturali”. Farrugia fost l-oħrajn jagħti żewġ eżempji: 1. Tarbija – din il-kelma nistgħu nqisuha Semantikament newtrali fis-sens li tintuża kemm għall-maskil u kemm għall-femminil minkejja li fil-ġens grammatikali hija żbilanċjata għaliex ngħidu tarbija ħelwa, sabiħa, eċċ. 2. Fl-Għarbi hemm l-eċċezzjoni tal-kelma xali:fat li tfisser bil-Malti kalif u bl-Ingliż Caliph. Filwaqt li turi ġens naturali maskili għandha l-forma tal-ġens grammatikali femminili u hija meqjusa grammatikalment maskili. Il-Malti jipprovdi fih innifsu numru ta’ eċċezzjonijiet: -
Il-kelma papa tispiċċa bil-‘a’ iżda meqjusa bħala maskil u dan huwa wirt Rumanz. Hena u sema’ – allavolja illum jispiċċaw bil-vokali ‘a’, fl-Għarbi dan mhux il-każ u allura fil-Malti huma meqjusin bħala maskili mhux femminili. Soru – tispiċċa bil-‘u’ –meqjusa bħala kelma fil-femminil.
Tqabbil tal-ġens tal-Għarbi mal-Malti: F’‘Standard Arabic’ ta’ Schultz et al nsibu hekk: 1. Bit-ta:’ marbuta, nom ikun kważi dejjem femminil (bl-eċċezzjoni ta’ kalifa) 2. Dawk li mhumiex bit-ta:’ marbuta, fil-parti l-kbira huma maskil. Dawk fosthom li jitqiesu femminil, jistgħu jkunu: a) Mit-tifsira stess tal-kelma eżempju omm, oħt u bint b) Bosta mill-pajjiżi u l-ibliet (ma jinteressaniex għax ma ħadniehomx mill-Għarbi)
32
c) Partijiet tal-ġisem għax huma f’par eżempju id, għajn. (Dan japplika għall-Malti parzjalment għax hemm dawk li huma meqjusa bħala maskil eż; minkeb u riġel). d) Konvenzjoni bħala drawwa eżempju art, xemx. Id-drawwa tista’ tkun waħda reliġjuża. e) Kliem li jintuża kemm bħala maskil kif ukoll femminil fl-Għarbi iżda fil-Malti huwa meqjus bħala ġens wieħed. Eżempju sikkina, suq. Ġużè Aquilina jtina wkoll xi eżempji bħal: ilsien, melħ, triq u deheb. Eżempji ta’ oppost: Aquilina jgħidilna li xi kliem fl-Għarbi huwa maskil u fil-Malti femminil jew bil-maqlub. Eżempju: -
Fl-Għarbi ras hija maskil imma fil-Malti hija femminil. Fl-Għarbi fies hija femminil imma fil-Malti hija maskil. Fl-Għarbi qaws hija femminil imma fil-Malti hija maskil. Fl-Għarbi riġel hija femminil imma fil-Malti hija maskil.
L-Għadd Mill-ġdid għandna qbil dwar l-għadd bejn l-Għarbi u l-Malti u nuqqas ta’ qbil ma’ lingwi Ewropej. Jekk nieħdu t-Taljan u l-Ingliż nintebħu li dawn għandhom sistema bi-partita ta’ singular u plural. Fil-lingwi semitiċi s-sistema hija tri-partita ta’ singular (wieħed), imtenni (tnejn) u plural (aktar minn tnejn). Singular: Apparti li għandna kliem li hu singular bħal saqaf, baħar, eċċ, għandna tip ta’ singular li jintuża mas-sistema tal-kollettiv. Dan insejħulu nomen unitatis jew nom tal-unità. Bħallikieku qed ngħidu li għandna tliet għejun ta’ singular: singular, kollettiv, nom tal-unità. L-idea Semitika ta’ kollettiv, aċċettat fiha l-element Rumanz u Ingliż. Semitiku: -
Tibna – tiben (tibn) Naħla – naħal (naħl) Ħawħa – ħawħ
Nom tal-unità permezz taż-żieda tal-‘a’ mal-kollettiv. Sistema b’wirt Għarbi b’xi modifikazzjonijiet. Rumanz: -
Sapuna – sapun Ċirasa – ċiras
33
-
Patata – patat
Hawnhekk seħħ il-proċess bil-kontra: min-nom tal-unità għal kollettiv. Ingliż: -
Briks – briksa Ċips – ċipsa
Hawnhekk seħħ il-proċess bħal ma ġara fis-Semitiku: minn kollettiv għal nom. F’dan il-każ jidher li l-ġens tal-kollettiv (li huwa wkoll stmat bħala singular) huwa maskil filwaqt li dak tan-nom tal-unità huwa femminil. Din id-distribuzzjoni tal-ġens f’dawn iżżewġ tipi ta’ singularità hi interessanti. Fl-iżvilupp lingwistiku nintebħu li xi nomi flGħarbi huma stmati kollettivi fil-Malti kienu u għadhom stmati bħala plural. Eżempju baqar u siġar – fl-Għarbi huma meqjusa bħala kollettiv iżda fil-Malti huma plural. L-Għadd Imtenni: Fl-Għarbi dan il-kunċett grammatikali jsir permezz ta’ din is-suffissazzjoni: -a:ni (maskil) u –ta:ni (femminil). Fil-Malti dan isir bis-suffissi –ejn, -tejn, -ajn, -tajn* (Għalkemm hija misjuba f’xi kitbiet, din m’għadhiex tintuża ħlief f’xi djaletti u b’hekk m’għadhiex meqjusa parti mill-Malti standard. Il-funzjoni tagħha spiċċat fl-ilsien Malti.). Il-preżenza tat-‘t’ marbuta hija fdal tar-rabta mal-femminil. Fl-Għarbi prattikament ilkategoriji lessikali tan-nomi, tal-verbi u tal-aġġettivi kollha għandhom l-għadd imtenni. Fil-Malti dan l-użu grammatikali ngħidu li mhux produttiv u donnu baqa’ fossiliżżat f’xi kategoriji semantiċi. 1. Ħin u Żmien: sagħtejn, jumejn, ġimgħatejn, xahrejn, sentejn, biċentinarju (mirRumanz) 2. Kejl u użin: xibrejn, għamtejn, tomnejn, uqitejn, ratlejn, wiżintejn, qantarejn 3. Partijiet tal-ġisem: għajnejn, saqajn, idejn, spallejn (ġejja mir-Rumanz – ibradizzazzjoni), kiftejn, wirkejn (kuxxtejn), ħuġbejn, riġlejn, ħaddejn 4. Mixxellanja: ġbintejn (ġobon/ġbejna), ħbiżtejn, daqqtejn, kelmtejn L-għadd imtenni mhux biss naqas għal ftit kategoriji ta’ nomi iżda xi drabi jintuża wkoll: a) Flok il-plural eżempju dawk is-saqajn kollha – testendi l-funzjonalità tagħha minn għadd imtenni sa plural b) Flok is-singular eżempju kiser idejh/saqajh flok idu u siequ. Għal kelliema li jagħmlu dan l-użu aktarx mbagħad jużaw kiser idejh it-tnejn. Dan ikun każ fejn ix-xogħol li kienet qed tagħmel il-morfoloġija issa tkun qed tagħmlu s-sintassi (għax b’mod perifrastiku qed noħroġ it-tifsira li ħarġet bis-sintassi)
34
Il-Plural: Il-plural fil-Malti u l-Għarbi jsir b’żewġ għamliet: dak sħiħ u dak miksur (terminoloġija Għarbija). Fil-plural sħiħ il-kelma tibqa’ relattivament sħiħa u tieħu suffissi differenti. Fis-sewwa l-kelma tista’ tiqasarilha, tinbidlilha jew titwaqqgħalha xi vokali. 1. 2. 3. 4. 5.
Tqassir vokaliku – bieb bibien; qiegħ qigħan Tibdil vokaliku – ġar ġirien Twaqqigħ vokaliku – isem ismijiet Tibdil vokaliku u twaqqigħ konsonantali – ħajt ħitan Użijiet oħra ta’ plural – omm ommijiet; daqqa daqqiet; qassis qassisin; ħajjat ħajjata
Fil-plural miksur il-kelma ngħidu li tinbidel fl-istruttura interna tagħha i.e. bidla fiddistribuzzjoni tal-għerq. Eżempji: Semitiku: -
Kelb (1v23) – klieb (12v3) Ħalla (1v22a) – ħalel (1v2v2) Mixtla (mv123a) – mxietel (m1v2v3)
Rumanz: -
Skorfna – skorfon Gverta – gvieret/gverti Skrorfina – skorfini/skriefen Kappell – kpiepel Martell – mrietel Farfett – friefet
Ingliż: -
Kitla – ktietel Senter – snieter Skrun – skrejjen (inħadmet fuq il-kelma qrun – qrejjen)
F’dawn il-qosma grammatikali rajna li l-Għarbi u l-Malti jaqblu f’ħafna aspetti iżda lMalti jidher li qed jieħu xejra differenti. Il-Klassi Magħluqa: L-artiklu: Il-funzjoni:
35
Xi lingwisti jiddiskrevuh bħala partiċelli. Hemm żewġ tipi t’artiklu: definit u indefinit. B’mod ġenerali ż-żewġ tipi jitqiegħdu quddiem nom jew aġġettiv biex jagħżluh millbqija tal-klassi tiegħu u jagħmluh distint jew propju biex ma jiddistingwuhx mill-bqija. Mhux il-lingwi kollha jagħmlu din id-distinzjoni bis-saħħa ta’ xi parti grammatikali. IlMalti u l-Għarbi għandhom sistema differenti mill-Ingliż u t-Taljan għaliex it-tnejn jużaw l-istess sistema ta’ artiklu definit. (Fl-Għarbi nużaw is-sistema tal-‘Al waqt li filMalti nużaw is-sistema: (i) l-/l-(i)) Fl-Għarbi u fil-Malti m’hemmx artiklu indefinit għalhekk fil-Malti niltaqgħu malkostruzzjoni raġel biex nuru indefinitezza u (i)r-raġel biex turi d-definitezza. F’xi kuntessi limitati nsibu l-lessemi wieħed/waħda jew ċerta/u/i quddiem nomi mhux immarkati għad-definitezza eżempju wieħed bennej jew ċertu bennej iżda mbagħad ma ngħidux wieħed musmar jew waħda mejda. Xi differenzi bejn l-artiklu definit Malti u dak Għarbi: Kemm fl-Għarbi kif ukoll fil-Malti għandna assimilazzjoni (meta jkollok konsonanti li tinfluwenza oħra u tgħaddilha l-karatteristiċi tagħha). Fl-Għarbi għandna assimilazzjoni parzjali u fil-Malti għandna assimilazzjoni sħiħa. o Fil-parzjali, l-assimilazzjoni hi fonoloġika biss. Fl-Għarbi jiktbu al xamsu imma jgħidu axxamsu. o Fis-sħiħa, l-assimilazzjoni hi fonoloġika u grafoloġika. Din issir quddiem il-konsonanti msejjħin xemxin (ċ, d, n, r, s, t x, ż, z – il-konsonanti ċ u ż mhumiex la fl-Għarbi Klassiku u lanqas fil-Modern Standard Arabic (MSA)) L-agglutinazzjoni tal-artiklu: Xi lingwisti dan il-fenomenu jirreferu għalih bħala “met analysis of the lām” u dan itterminu jfisser analiżi mill-ġdid. Agglutinazzjoni sseħħ meta l-artiklu jingħaqad malkelma li tiġi warajh. Dan il-fenomenu jidher f’bosta djaletti Għarab inkluż il-Malti. Eżempju: -
-
Lemin al + yamin l-artiklu l- agglutinat mal-bażi yamin għaqqadnihom flimkien u minn artiklu + kelma ġew kelma waħda. Biex din il-kelma nagħmluha definita rridu nżidu l-artiklu mill-ġdid Illum ftit ilu konna niktbuha ‘il-lum’. Fil-qedem konna ngħidu (i)l-jum li flGħarbi hija al yawn. Ilbieraħ konna niktbuha (i)l-bieraħ Ilsir al yasir Ilma il ma’ Misħun fdal tal-ma’ tal-Għarbi Lanġas minn al + anžās. Lanġas hija misjuba wkoll fit-Tripolitan li huwa wkoll djalett Għarbi però fl-Għarbi lanġas mhix misjuba
36
-
Labra l + ’ibra. Fil-Marokkin tista’ ssib nom tal-aġent labar
Dan il-fenomenu tal-agglutinazzjoni aktar tard addattah il-Malti-Rumanz: -
Lasta l + asta Loppju l + oppio Lembut l + imbuto Labtu l + abito
Mir-rumanz insibu wkoll każi fejn l-artiklu bħal donnu jiġi mifrut mill-kelma eżempju: -
Lettera l-ittra Laico l-ajk Legname l-injam
Il-Pronomi: Terminu li fil-klassifikazzjoni grammatikali tal-kliem jintuża bħala sostituzzjoni ta’ frażi nominali (nom komuni, nom propju jew nom determinarju) (jew nom). Fil-Malti niddistingwu bejn pronomi magħżulin/mifrudin u mehmużin (idea mibnija fuq jekk ilpronom joperax bħala bażi jew bħala “affiss”). Pronomi magħżulin/mifrudin: 1. Pronomi personali – f’din is-sistema l-Għarbi hu iżjed għani u espressiv fil-Malti u minn djaletti Għarab oħra kif ukoll minn dawk l-ilsna li konna f’kuntatt magħhom (Taljan, Sqalli u Ingliż). Is-sistema tal-pronomi ġejja kollha mill-Għarbi. Dawn ilpronomi għandna ħabta nużawhom b’funzjoni kopulari eżempju Toni huwa mastrudaxxa. Huwa hu l-pronom li jintuża bħala l-koplura. (Jgħaqqad is-suġġett mal-predikat). 2. Pronomi interrogattivi – eżempju min, xi, x’, liema, eċċ. 3. Pronomi demostrattivi – eżempju dan, din, dawn (jistgħu jingħaqdu mal-artiklu), dak, dik, dawk. Niftakru li f’kitbiet qodma kienu għadhom jiktbu forom bħal hedan/a; hedak/a; hedik/a li joqorbu iktar lejn dak li nsibu fl-Għarbi. 4. Pronomi relattivi – li/illi Fiex naqblu mal-Għarbi? 1. 2. 3. 4. 5. 6. 7.
L-ewwel persuna singular It-tieni persuna singular It-tielet persuna singular L-ewwel persuna plural It-tieni persuna plural It-tielet persuna plural L-għadd imtenni (fit-tieni u t-tielet persuna imtenni) – fl-Għarbi għandhom mod morfoloġiku iżda fil-Malti tlifniha u nesprimuha bil-mod sintattiku.
37
Il-pronomi mehmużin Dawn sa ċertu punt jiddependu mill-paradimma tal-pronomi personali għalkemm issuffissazzjoni mhux dejjem turi r-relazzjoni diretta tagħhom. Eżempju s-suffiss pronominali –hom jidher fi qbil fonoloġiku/morfoloġiku mal-pronom huma fil-kelma sieqhom iżda s-suffiss pronominali –ek ma jidhirx qbil fonoloġiku/morfoloġiku malpronom int. Tipi ta’ pronomi mehmużin: 1. F’sens ta’ possessiv li jistgħu jinthemżu Ma’ partiċelli ta’ + jien = tiegħi Ma’ nomi sieq + jien = sieqi 2. F’sens akkużattiv – bħala oġġett dirett li jistgħu jinthemżu: Ma’ prepożizzjonijiet lil + jien = lili; fi + jien = fija Ma’ verbi ħareġ + (lil mifhuma biss) + jien = ħariġna 3. F’sens dattiv – bħala oġġett indirett li jinthemeż mal-verbi ħareġ + (lil) + hi + jien = ħariġhieli 4. F’sens riflessiv – hawn nsibu l-użu tal-kelmiet nifs u ruħ bħala bażi għal dan ilpronom. Eżempju Toni qed jisraq lilu nnifsu / Toni ta ruħu f’idejn l-awtorità.
38
5. Il-Morfoloġija Rumanza u Ingliża Xi osservazzjonijiet preliminari: Brincat jgħidilna li “s-suffissi tal-kliem Rumanz li daħal mill-Isqalli u r-Rumanz jixhdu bliżjed mod ċar il-korrispondenzi assorbiti mill-Isqalli kemm fil-vokali kif ukoll filkonsonanti” (p. 71). Xi eżempji ta’ suffissi: -
Prob + abbli Vojt +aġni Abit + wali Penetr + anti Nut + ar (aru)
Brincat (p. 72) jgħidilna “il-produttività tas-suffissi toħroġ bl-iżjed mod ċar meta dawn jiġu applikati għall-kliem ta’ oriġini mhux Taljana kemm Għarbija u kemm Ingliża. Hekk naraw fenkata, Ħamrun, sakranazz, tilar, alabibiżmu, li jlaqqmu suffiss Rumanz fuq bażi lessikali Semitika u spellut, fittjatura, li jlaqqmuh fuq bażi lessikali Ingliża ta’ oriġini Ġermanika (spell, fit)”. Brincat jinnota wkoll li s-suffiss –aġni minn –agine beda jintuża formazzjoni morfoloġika lokali fuq xi oġġettivi bħal vojt u tost. (Malta għaqqadna s-suffiss mir-Rumanz –aġni ma’ kliem ta’ nisel Rumanz ieħor li fit-Taljan m’għandhomx dak is-suffiss). Bħalma rajna qabel bosta kliem li daħal fil-fażi bikrija ħa plural Semitiku eżempju ballun – blalen; gallun – glalen; qalziet – qliezet. Kliem iżjed riċenti ħa plural Rumanz eżempju artal – artali; gandlier – gandlieri. Tipi ta’ integrazzjoni: L-ikbar xogħol li sar fuq il-morfoloġija Rumanza (l-iżjed verbali) huwa tal-professur Immanuel Mifsud, ‘Loan verbs in Maltese’. Hawn Mifsud jitkellem dwar 4 tipi ta’ integrazzjoni ta’ verbi non-Semitiċi fil-Malti. Tip A: F’dan it-tip għandna integrazzjoni sħiħa fis-sens li l-element Rumanz li jidħol jintaġen fil-morfoloġija inflessiva u derivattiva Semitika. Dan il-proċess li nistgħu bħal Mifsud insejħulu tagħrib jew arabizzar (element mhux Għarbi daħal fil-Malti-Għarbi u sar Għarbi) insibuh fl-Għarbi u djaletti Għarab (oħra). Dan il-proċess ilu jeżisti tal-inqas mis-sena 650 – fejn kien mistħarreġ kif il-kliem barrani kellu jintegra fil-lingwa Għarbija. Eżempji paralleli għal dak li ġara Malta jew fil-Malti iżda li mhumiex fil-Malti: -
-
Grieg Għarbi Filosofija falsafa Filosofu fajlasuf Marokkin Għarbi
39
-
Cercle sirkel Franċiż Alġerin garçon tgarsan (taħdem ta’ wejter) Ingliż Eġizzjan foul fawwil (min-nom monosillabiku ħareġ verb tattieni forma. Dan ma seħħx f’Malta għax fil-Malti ngħidu ffawlja mhux fawwil li għandha morfoloġija Rumanza u mhux Semitika. Dan juri li f’Malta dak iż-żmien l-element Semitiku kien diġà qed jingħalaq fih innifsu).
Donnu fl-eqdem saffi lessikali Rumanzi daħlu lessemi nominali jew aġġettivali qabel ma daħlu lessemi verbali. Eżempji: -
Nom: serp – serrep Aġġettiv: werċ – werreċ
Dawn l-erba’ kelmiet ilkoll għandhom etimoloġija Rumanza iżda serrep u werreċ għandhom morfoloġija Semitika frott tal-integrazzjoni fil-morfoloġija derivattiva Semitika. Tliet tarġiet involuti f’Tip A L-ewwel tarġa – il-lessema misselfa tidħol fil-Malti b’analoġija ma’ xi mudell fonoloġiku (sillabiku) eżistenti. Mela fatturi fonoloġiċi se jikkontribwixxu għall-iżviluppi morfoloġiċi. Eżempju: -
Pittu:r tixbah il-kostruzzjoni tal-kelma naffa:r (1v22v3) Ċerv tixbah il-kostruzzjoni tal-kelma kelb (1v23)
It-tieni tarġa – sa ċertu punt din it-tarġa hija biss għodda lingwistika (spjegazzjoni) li tgħinna nispjegaw il-proċess integrattiv għaldaqstant din it-tarġa mhix xi fenomenu li jeżisti fih innifsu. Il-lessema misselfa li fir-Rumanz topera bħala zokk morfemiku (għalkemm mhux biss għaliex hemm iż-żieda tal-affissi) tiġi stmata bħallikieku għerq i.e. l-element konsonantali jitqies bħala għerq trilitteru jew kwadrilitteru. Ma jfissirx li l-moħħ Malti kien konxju tal-għerq. -
Minn serp ħareġ l-għerq s-r-p Minn bandla ħareġ l-għerq b-n-d-l
It-tielet tarġa – l-għerq b’analoġija ma’ mudelli morfoloġiċi Semitiċi jieħu sura morfoloġika, Semitika ġdida kemm inflessiva kif ukoll derivattiva. L-ewwel kellna derivazzjoni mbagħad kellna inflessjoni. Eżempji ta’ inflessjoni: -
Semitiku: kelb – klieb
40
-
Rumanz: ċerv – ċriev Semitiku: inkisser – kissirt Rumanz: inpitter – pittirt
Eżempji ta’ derivazzjoni: -
Semitiku: verb tat-tieni forma – xarrab verb tal-ħames forma – ixxarrab nom verbali – tixriba
-
Rumanz: verb tat-tieni forma – serrep verb tal-ħames forma – isserrep nom verbali – tisripa
-
Semitiku: ħanżir – ħanżer Rumanz: bandla – bandal
Il-parti l-kbira tal-verbi li jintegraw huma tat-tieni forma li tagħti wkoll il-ħames, kif ukoll tal-ewwel forma kwadrilittera li tagħti wkoll it-tieni forma kwadrilittera. Dawn ħafna drabi huma dderivati min-nomi u għalhekk jissejħu denominattivi. Dawk idderivati minn aġġettivi jissejħu deaġġettivali. Xi drabi l-għeruq li mill-element Rumanz mhumiex biss dawk li nsibu fiz-zokk morfemifku iżda fis-suffissi miżjuda jew żidiet oħra. Eżempju: -
Bucc-eri biċċier b-ċ-r biċċer Pitt-uri pittur p-t-r pitter
Formazzjoni lokali ta’ kelma b’etimoloġija Rumanza iżda b’morfoloġija semitika: Ilkelma li se tinstema’ mir-Rumanz tinbidel għal fonoloġija Maltija. Jinħareġ għerq millkelma. Minn dan noħorġu kliemb’etimoloġija semtika. -
Serv-itore servitur seftur s-f-t-r sefter Servitur servtur serftur seftur L + anzita lanzita l-n-z-t lanzat Blu + n blun bluna b-l-n bbluna
Dan kollu jixhed ir-rabta intima bejn il-fonoloġija u l-morfoloġija fejn il-moħħ Malti jopera fuq dak li sema’. Hemm numru ta’ verbi li daħlu mir-Rumanz li għalkemm semantikament jidher li telqu mill-istess tifsira, għandhom xi żewġ jew tliet verżjonijiet morfoloġiċi li aktarx iwasslu għal xi bidliet żgħar jew kbar fit-tifsir. -
Berdel – ibburdella (żewġ verżjonijiet ta’ avverbji li ġejjin mil-kelma burdell)
41
-
Fallaz iffalzja/iffalsifika – zokk morfemiku li mmanifesta ruħu b’żewġ verżjonijiet. (allomorf) Fantas iffantasizza; iffantastika Ġannat iġġonta Penzel ippinzella Rembel irrombla Serrep isserpja/isserpeġġja
Iz-zokk morfemiku nbidel f’għerq għax il-kliem beda dieħel fil-Malti bil-mod il-mod. Maż-żmien, il-kliem Rumanz beda dieħel fil-Malti f’daqqa u b’hekk il-ħila li narabizzaw dal-kliem intilfet maż-żmien. L-idea li nżommu z-zokk morfemiku mingħajr bidliet hija idea aktar moderna. Fil-fatt, illum il-ġurnata tlifna l-mekkaniżmu li noħolqu kliem millgħeruq tagħhom u minflok nużaw iz-zokk morfemiku. Tip B: Dan it-tip għandu karatteristika li se niltaqgħu magħha f’Tip Ċ u Tip D għaliex dawn bħal jinbnew fuq verbi semitiċi neqsin. Manuel Mifsud jgħid “from typological point of view a verb of Type B which is integrated to the pattern of Semitic-Maltese (SM) ccc verbs (verbi Semitiċi neqsin) is still as completely within the sphere of SM morphology as Type A” i.e. addattaw irwieħhom għal morfoloġija Semitika. Minkejja dan Mifsud jirreferi għal dan it-tip bħala verbi ta’ żewġt uċuħ, minħabba li verbi bħal fallejt jista’ jkun interpretat bħala proċess morfoloġiku Semitiku bis-saħħa tal-għerq eżempju fallej + t bl-għerq f-l-t bil-forma 1v22vj + t (l-ewwel persuna perfett) jew bħala proċess morfoloġiku i.e. zokk morfemiku Rumanz + suffiss b’oriġini Semitika i.e. fall + ejt. Il-verbi Semitiċi għandhom din l-istruttura: Ħeba Qara Nesa
Imperfett Naħbi Naqra Ninsa
Perfett Ħbejt Qrajt Nsejt Inflessjoni tispiċċa bis-suffis ‘ejt’ jew ‘ajt’
Inflessjoni tispiċċa bil-‘i’ jew bl-‘a’
Din is-sistema hija l-unika li baqgħet produttiva i.e. il-verbi kollha l-ġodda jidħlu f’din is-sistema. L-infinittiv Taljan Is-sistema tal-verbi Rumanza fiha dak li nsejħulu infinittiv li jinqasam fi tliet kategoriji:
42
-
–are abbandonare abbanduna – nabbanduna – abbandunajt –ere cedere ċeda – nċedi – ċedejt –ire soffrire sofra – nsofri – sofrejt
Il-verbi abbanduna, ċeda u sofra jiffunzjonaw bħala l-mamma jew dik li tissejjaħ ‘citation form’ li tfisser it-tielet persuna singular maskil perfett. Dawn meta ninflettuhom għal-imperfett u perfett, kif ukoll għal persuni, jieħdu forom differenti. Il-kliem Rumanz li beda dieħel beda jinfletti bħalma kien jinfletti s-Semitiku jiġifieri permez tal- a u i. Prattikament, fl-imperfett, il-verbi tal-‘-are’ fil-Malti bdew jinflettu bl-‘-a’. Tal-‘-ere’ u ‘-ire’ bdew jinflettu bil-‘-i’ għalkemm jista’ jkun hemm xi eċċezzjonijiet eżempju: -
Cacare kakka – nkakki Cantare kanta – nkanta/i
Xi wħud minn dawn il-verbi ta’ Tip B iffurmaw pari ta’ għeruq u Semitiċi u Rumanzi sinonimi. Sa ċertu punt għandna tip ieħor ta’ konverġenza ta’ għeruq, din id-darba minn elementi differenti: (derivazzjoni) o Semitiku – feda feddej mifdi o Rumanz – fada fdat Dawn il-verbi li ġejjin minħabba s-sillabar tagħhom tant integraw mal-verbi neqsin li bilkemm jingħarfu: -
Affidare fada – nafda – fdajt Affigare faga – nifga – fgajt Perire fera – nferi – ferrejt Armare rama – narma – armajt
Dawn il-verbi ntegraw f’forom verbali u nominali oħra bis-saħħa tad-derivazzjoni. -
Fada fis-seba’ forma jiġi nafda Rama fis-seba’ forma jiġi ntrama Ċeda, fera jidħlu fit-tielet forma u fera jiffurma fis-sitt forma tferra Kala fis-sitt forma tiġi tkala fit-tielet forma bata fis-sitt forma tvara Rieġa trieġa Bata tbata
Il-forom jiġu identifikati wara li jidħol l-adstratt fil-Malti Mekkaniżmi Semitiċi: Paxxa tpaxxa – tpaxxija Mekkaniżmi Rumanzi: korra għandu kawża riflessiva u kawżattiva korriment
43
Ta’ min jinnota l-inflezzjonijiet differenti li jieħdu ċerti forom differenti eżempju t-tieni u l-ħames forma. Hawn il-verbi Rumanzi wkoll se jsegwu l-verbi Semitiċi. Eżempju: Semitiku: (2 -5) o Inessi – jitnessa o Imexxi – jitmexxa Rumanz: o Ikeċċi – jitkeċċa o Ipaxxi – jitpaxxa Fis-Semitiku l-għeruq kwadrilitteri neqsin huma rari. Eżempju -
fisqa – infisqi – ifisqi – fisqejt
Bid-dħul tar-Rumanz, numru kbir ta’ kliem jista’ b’xi mod jitqies kwadrilitteru. Eżempju: -
Lesta – inlesti – lestejt – tlesta – tlestija Kanta – inkanta/i – kantajt – tkanta
Tip Ċ: Dan it-tip ikompli jitbiegħed mill-morfoloġija Semitika (N.B. niftakru fid-derivazzjoni). Il-karatteristika ewlenija hawn hija l-ġeminazzjoni (ġejja minn gemini (twins) – tirdoppja) tal-ewwel konsonanti bħala għamla ta’ prefissazzjoni. Għaldaqstant hawn niltaqgħu mal-idea ta’ zokk morfemiku (idea li sa ċertu punt iltqajna magħha diġà f’tip B bl-eżempju tal-verbi b’żewġ uċuħ). Eżempju: -
Protest (zokk morfemiku) ipprotesta – nipprotesta – ipprotestajt Preten/d (zokk morfemiku) ippretenda Aquilina jwaqqaf iz-zokk sa preten; Cardona jagħtih sa pretend. Dawn Mifsud josservahom ukoll u jgħidilna li hemm zkuk li daħlu fil-Malti b’aktar minn forma waħda.
Ta’ min jgħid li l-fenomenu tal-ġeminazzjoni fl-ewwel konsonanti tal-verb insibuh finnofsinhar tal-Italja. Dan huwa effett ta’ Latiniżmu li ġarrab tibdil. -
Ad + lungare allungare (fit-Taljan) Ad + ricchire arrichire Ad + profondire approfondire
Brincat jgħid li l-fenomenu tal-ġeminazzjoni huwa abbundanti fl-Isqalli kemm fissostantivi (nomi) u fl-aġġettivi (eżempju bbrodu u ddifittusu) kif ukoll fil-verbi (eżempju ffissari, ffrancari u ggranfari). Barra minn dan, b’koinċidenza fil-Malti Semitiku, għandna għamla ta’ ġeminazzjoni tal-ewwel radikali f’verbi bħal iżżewweġ u
44
iġġennen. Dan seta’ għamel dan il-proċess ta’ verbalizzazzjoni aktar faċli tant li nsibuh wkoll fl-element Ingliż eżempju immoniterja. Il-ġeminazzjoni ma sseħħx meta l-kelma Rumanza tkun tibda b’vokali eżempju emigra, esprima, esklama u esiġa u sseħħ meta l-bażi tkun tibda b’konsonanti waħda jew bi tnejn. Eżempju: -
SOGRu – ssogra ROMBLu – rrombla REGOLa – rregola PROVa – pprova PROVDa – pprovda
Fit-Tip Ċ daħlu wkoll verbi Rumanzi li jispiċċaw –ire u li dawn fit-Taljan kienu jinflettu b’din il-paradimma: Io Tu Lui Lei Noi Voi Loro
Preferisco Preferisci Preferisce Preferisce Preferiamo Preferite Preferiscono
Ħoss li daħal fil-Malti Isk ixx Ixx Ixx
Hemm xi verbi li fil-Malti jinflettu bil-mod –ixx li fit-Taljan jintuża fi tliet inflezzjonijiet. Il-paradimma Maltija tuża –ixxi għas-singular u –ixxu għal-plural eżempju niddiġerixxi, niddiġerixxu. Fil-perfett l-istess mod ta’ inflezzjoni jintuża biss fit-tielet persuna maskil singular (N.B. dan huwa wkoll suġġett għad-dinamiżmu) -
Iddiġerejt Iddiġerejt Iddiġerixxa Iddiġeriet Iddiġerejna Iddiġerejtu Iddiġerew
Fil-Malti l-verbi li fit-Taljan jispiċċaw b’-ire mhux bilfors isegwu dan il-mudell. Għallforma preferisco hawn min jagħżel nippreferi u min nippreferixxi. Mill-banda l-oħra hemm verbi bħal agire li żgur jitolbu din il-forma eżempju naġixxi, aġixxejt u mhux *naġi jew *aġejt u verbi bħal offrire li ma jieħdux din il-forma eżempju noffri u offrejt u mhux *noffrixxi jew *offrixxejt.
45
Ta’ min jinnota li l-proċess tal-ġeminazzjoni f’xi każi ħoloq ambigwità grammatikali. FitTaljan l-aġġettiv mobile jissawwar minnu l-verb mobilizzare u l-aġġettiv immobile jissawwar minnu l-verb immobilizzare. Fil-Malti l-verb Taljan mobilizzare daħal bħala (i)mmobilizza li tfisser tagħmel mobbli jew ma tagħmilx mobbli i.e. toħloq l-ambigwità grammatikali bejn il-pożittiv u n-negattiv (il-prefiss im- huwa l-prefiss li jindika nnegattiv – hija wirt grammatikali tan-negattiv mit-Taljan iżda fil-Malti kellna l-proċess tal-ġeminazzjoni li ġie applikat biex jinħoloq verb. B’hekk għandna forma waħda b’żewġ tifsiriet differenti) l-istess il-verbi (i)llegalizza u (i)rregolarizza. Sommarju b’adattament minn Mifsud: “The end result shows that synchronically, all R (Rumanz) loans of type C whatever their original stem, fall into four different types of stem in M (Maltese)” i. Jirduppjaw: 1. A. (i)cc iċċanga, ivvinta, iffirma B. (i)ccc iggverna, ippreskriva ii. Ma jirduppjawx: 2. Verbi li jibdew bil-vokali elimina 3. (i)*rc (*r – konsonanti li hija resonanti bħal r, m, n) interessa, indokra, irċieva 4. *sc (*s – konsonanti sibilanti bħas-s u ż-ż) skura, żviluppa, skonġra Tip D: F’dan it-tip ukoll għandna l-idea ta’ zokk morfemiku fejn għandna l-prefissazzjoni talġeminazzjoni u l-estensjoni bil-‘j’. Xi wħud mill-verbi Rumanzi daħlu wkoll f’dan it-tip. Eżempju: jisserpja, jittondja, jibbotja, jippostja, jistokkja, jispissja, jiskandalja (talaħħar huma varjanti għax m’għandhomx il-ġeminazzjoni fuq quddiem iżda xorta għandhom l-estensjoni bil-‘j’) Il-verbi Ingliżi wkoll daħlu u jibqgħu jidħlu f’din il-kategorija eżempju jillokkja, jipparkja bil-varjanti jiskorja, jispottja Approfondiment: Mifsud jgħid: “L-iktar karatteristika importanti tal-verbi ta’ Tip D hija bla dubju l-ħoss konsonantali [y] li jingħaqad maz-zokk qabel ma jiżdiedu s-suffissi tal-konjugazzjoni. Għal dan il-għan jidher li jkun għaqli li wieħed jirreferi għal dan il-fenomenu bħala estensjoni taz-zokk aktar milli bħala infiss. Din hija attwalment il-karatteristika li tiddistingwi din il-klassi tal-verbi mill-klassijiet l-oħra u hija meqjusa bħala lkaratteristika ewlenija tal-verbi kollha misselfa mill-Ingliż.” (N.B. bi ftit eċċezzjonijiet).
46
Minkejja dan, ta’ min mill-bidu nett jinnota li filwaqt li l-verbi Ingliżi kollha (N.B. b’eċċezzjonijiet) prattikament għandhom l-estensjoni taz-zokk –j–, dan mhux fattizzi esklużiv għall-verbi ta’ oriġini Ingliża. Eżempju: -
Ixxadinja Iżżiffja Iżżiftja Iżżonżonja
Dawn huma verbi denominattivi li qed jħaddmu l-irduppjar tal-ewwel radikali (ġeminazzjoni) kif ukoll l-estensjoni tal-[y] ‘maz-zokk’ tan-nomi ta’ nisel Semitiku Il-[y] f’rabta mar-Rumanz: Il-[y] fil-verbi Rumanzi nsibuha wkoll f’dak il-kliem li jispiċċa –iare fit-Taljan jew –iari flIsqalli. Eżempju: -
Minn studiare ħriġna studja Min scandaliare ħriġna skandalja
Hemm wkoll verbi li ġejjin minn forom oħrajn u għalhekk jissejħu denominattiv jew deaġġettivali. Mill-aġġettivi Sqalli “ciattu” ħriġna l-aġġettiv ċatt u minn dan il-verb iċċattja. Min-nom Taljan “patta” ħriġna n-nom patt u l-verb ipattja. Verbi Ingliżi mingħajr [y]: Hemm ftit verbi Ingliżi li ma jurux din l-estensjoni tal-[y].. dawn il-verbi huma distribwiti f’dawn it-tipi: - toot – tawwat (Tip A bit-tieni radikali doppja) - spell – spalla (Tip B) - Black – bblakka (Tip Ċ) - Cheek – iċċika (Tip Ċ) - to freeze – iffriża (Tip Ċ) Ta’ min jinnota li xi verbi Ingliżi jistgħu ma jieħdux l-estensjoni tal-j’ u minflok jieħdu suffissazzjoni ta’ oriġini Latina “-izza” li jista’ jitqies ta’ Tip Ċ bħal ivviżwalizza u issintetizza. Ara noti dwar il-fonoloġija ġdida li nħolqot fil-Malti permezz tar-Rumanz.
47